Pubblikaturi qed joffru l-browxer Aħbar Tajba fl-Ażerbajġan
Eżempji taʼ preżentazzjonijiet
STENBAĦ!
Mistoqsija: Kif nistgħu nużaw il-ħin tagħna bil-għaqal?
Skrittura: Ek 4:6
Offerta: Din il-ħarġa taʼ Stenbaħ! tipprovdi suġġerimenti prattiċi dwar kif nagħmlu prijoritajiet.
GĦALLEM IL-VERITÀ
Mistoqsija: Għala qegħdin hawn?
Skrittura: Sa 37:29
Verità: Alla ħalaq lin-nies biex jgħixu għal dejjem fuq l-art.
AĦBAR TAJBA MINGĦAND ALLA! (fg)
Mistoqsija: Fejn taħseb li nistgħu nsibu aħbar tajba? [Uri l-vidjow Tixtieq tismaʼ aħbar tajba?]
Skrittura: Is 52:7
Offerta: Dan il-browxer jagħti “aħbar tajba taʼ xi ħaġa aħjar” għax fih messaġġ mill-Bibbja.
AGĦMEL IL-PREŻENTAZZJONI TIEGĦEK STESS
Uża l-istil tal-eżempji taʼ qabel biex tagħmel il-preżentazzjoni tiegħek tas-servizz tal-għalqa.