GĦIX BĦALA KRISTJAN
Ibqaʼ żeluż u għassa spiritwalment meta jinbidlu ċ-ċirkustanzi tiegħek
Il-bidliet ma tistax tevitahom, speċjalment matul dawn iż-żminijiet tal-aħħar. (1Ko 7:31) Kemm jekk inkunu qed nistennewhom u kemm jekk le, tajbin jew ħżiena, dawn jistgħu jfixklu l-qima tagħna u jdgħajfu r-relazzjoni li jkollna maʼ Ġeħova. X’se jgħinna biex nibqgħu żelużi u għassa spiritwalment matul żmien taʼ tibdil? Ara l-vidjow Nibqgħu spiritwalment sodi meta nkunu qed inġorru, u mbagħad wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:
Ħu x’parir ta lill-missier?
Il-prinċipju li nsibu f’Mattew 7:25, kif japplika għas-sitwazzjoni taʼ din il-familja?
Il-familja kif ippjanat bil-quddiem biex iġġorr, u dan kif għenhom?
X’għen lill-familja biex tidra fil-kongregazzjoni u fit-territorju ġdid?
X’inhuma xi bidliet kbar li għaddejt minnhom dan l-aħħar?
Kif nistaʼ napplika l-prinċipji li hemm f’dan il-vidjow għas-sitwazzjoni tiegħi?