TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | SOFONIJA 1–ĦAGGAJ 2
Fittex lil Ġeħova qabel ma jiġi jum ir-rabja tiegħu
Li niddedikaw lilna nfusna lil Ġeħova mhuwiex biżżejjed biex jaħbina f’jum ir-rabja tiegħu. Fil-fatt, irridu nobdu l-istruzzjonijiet li Sofonija ta lill-Iżraelin.
Fittex lil Ġeħova: Żomm relazzjoni mill-qrib maʼ Ġeħova flimkien mal-organizzazzjoni tiegħu
Fittex is-sewwa: Żomm mal-livelli sewwa taʼ Ġeħova
Fittex li tkun ġwejjed: B’umiltà, kun sottomess lejn ir-rieda t’Alla u aċċetta d-dixxiplina tiegħu
Kif nistaʼ nfittex iktar lil Ġeħova, is-sewwa, u li nkun ġwejjed?