TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | MARKU 3-4
Ifejjaq f’jum is-Sabat
Ġesù għala kien imnikket għall-aħħar bl-attitudni tal-mexxejja reliġjużi Lhud? Għax għamlu s-Sabat taʼ piż għan-nies billi żiedu ħafna restrizzjonijiet bla bżonn. Pereżempju, wieħed ma setax joqtol bergħud. Skont il-liġi, wieħed setaʼ jfejjaq biss meta l-ħajja tkun fil-periklu. B’hekk, f’każ li xi ħadd kien jikser xi għadma jew ifekkikha, ma setax jiġi kkurat f’jum is-Sabat. B’mod ċar, il-mexxejja reliġjużi ma kienx jinteressahom verament mir-raġel b’idu niexfa.