TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | MARKU 9-10
Viżjoni li ssaħħaħ il-fidi
Immaġina kif ħassu Ġesù meta waqt il-viżjoni tat-trasfigurazzjoni semaʼ lil Missieru tas-sema jgħid li Hu kien japprovah. Bla dubju, din saħħet lil Ġesù u ppreparatu għat-tbatija li kien ħa jgħaddi minnha. Din il-viżjoni ħalliet impressjoni qawwija anki fuq Pietru, Ġakbu, u Ġwanni. Il-viżjoni kkonvinċiethom li Ġesù veru kien il-Messija, u li huma kienu qed jagħmlu sew li jisimgħu minnu. Xi 32 sena wara, Pietru kien għadu jiftakar din l-esperjenza u kif kienet saħħet il-fidi tiegħu fil-“kelma profetika.”—2Pt 1:16-19.
Għalkemm ma rajniex din il-viżjoni tal-għaġeb b’għajnejna stess, aħna qed narawha titwettaq. Ġesù qed isaltan bħala Sultan setgħan. Dalwaqt ħa “jtemm ir-rebħa tiegħu,” u b’hekk jiftaħ it-triq għal dinja ġdida mingħajr ħażen.—Ri 6:2.
Il-fidi tiegħek kif tissaħħaħ meta tara t-twettiq tal-profeziji tal-Bibbja?