GĦIX BĦALA KRISTJAN
Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nibdew konversazzjonijiet li jistgħu jwasslu biex nagħtu xhieda
Ġesù setaʼ jagħti xhieda informali lil mara Samaritana għax hu beda konversazzjoni magħha. Aħna kif nistgħu ntejbu l-abbiltà tagħna f’li nibdew konversazzjonijiet maʼ nies li ma nafuhomx?
Kun dħuli u tkellem man-nies. Għalkemm kien għajjien, Ġesù beda konversazzjoni billi sempliċiment talabha ttih jixrob. Mela int tistaʼ tibda billi ssellem lil dak li jkun u mbagħad forsi tgħid xi ħaġa fuq it-temp jew xi ħaġa fuq ġrajja kurrenti. Ftakar, l-ewwel mira tiegħek hi li sempliċiment tibda konversazzjoni, allura tkellem fuq kwalunkwe suġġett li taħseb li ħa jinteressa lill-persuna. Jekk ma tkomplix miegħek, ma tkun tlift xejn. Erġaʼ pprova maʼ xi ħadd ieħor. Itlob lil Ġeħova għall-kuraġġ.—Ne 2:4; At 4:29.
Oqgħod attent għal opportunità biex tintroduċi l-aħbar tajba, imma tgħaġġilx biex tidħol fuq is-suġġett. Ħalli l-konversazzjoni tkompli b’mod naturali. Jekk ma tagħmilx hekk, jistaʼ jkun li l-persuna ma tħosshiex komda u ma tkomplix titkellem miegħek. Tiddiżappuntax ruħek jekk il-konversazzjoni tieqaf qabel ma tkun tajt xhieda. Jekk il-ħsieb li tintroduċi l-aħbar tajba jbeżżgħek, ipprova ibda konversazzjonijiet mingħajr ma jkollok f’moħħok il-mira taʼ li tagħti xhieda. [Uri u ddiskuti l-1 vidjow.]
Ipprova oħloq opportunità biex tagħti xhieda billi tgħid xi ħaġa mill-qalb dwar il-fidi tiegħek li tistaʼ ġġiegħel lill-persuna titolbok spjegazzjoni. Ġesù qal affarijiet li qajmu l-interess, u l-mara bdiet tistaqsi l-mistoqsijiet. Meta eventwalment tkellem dwar l-aħbar tajba, hu kien sempliċiment qed iwiġbilha l-mistoqsijiet tagħha. [Uri u ddiskuti t-2 vidjow, u wara uri u ddiskuti t-3 vidjow.]