TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠWANNI 5-6
Segwi lil Ġesù b’mottiv tajjeb
Meta Ġesù ta tixbiha li d-dixxipli sabuha diffiċli biex jifhmu, xi wħud tfixklu u ma ridux jibqgħu jsegwuh. Ġurnata biss qabel, Ġesù kien temagħhom b’mod mirakoluż, u dan wera li l-qawwa tiegħu kienet ġejja mingħand Alla. Allura għala tfixklu? Milli jidher, huma kienu qed isegwu lil Ġesù b’mottiv egoist. Kienu qed jissieħbu maʼ Ġesù għall-vantaġġ tagħhom stess.
Kull wieħed minna għandu jsaqsi lilu nnifsu: ‘Jien għala nsegwi lil Ġesù? Nagħmel dan l-iktar għall-barkiet t’issa u tal-futur? Jew għax inħobb lil Ġeħova u nixtieq nogħġbu?’
Għala nistgħu nitfixklu jekk qed naqdu lil Ġeħova primarjament għar-raġunijiet li ġejjin?
Nieħdu pjaċir inkunu mal-poplu t’Alla
Irridu ngħixu f’Ġenna tal-art