GĦIX BĦALA KRISTJAN
Kif ix-xogħol ġie legalizzat fi Quebec
Meta Pawlu kien għaddej ġuri, hu appella għal quddiem Ċesari. Billi uża d-dritt tiegħu bħala ċittadin Ruman, hu ħalla eżempju għalina llum. Ara l-vidjow Kif ix-xogħol ġie legalizzat fi Quebec u sir af kif l-aħwa użaw arranġamenti legali ħalli jiddefendu l-aħbar tajba fi Quebec. Imbagħad wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:
Liema sfidi ffaċċjaw ħutna fi Quebec?
Liema fuljett speċjali qassmu, u x’kien ir-riżultat?
Xi ġralu ħuna Aimé Boucher?
Il-Qorti Suprema tal-Kanada kif qatgħet il-każ taʼ ħuna Boucher?
L-aħwa użaw liema arranġament legali li rari jintuża, u x’kien ir-riżultat?
X’ġara wara li laqgħa Kristjana twaqqfet mill-pulizija minħabba li ġew imxewxin mill-qassisin?