GĦIX BĦALA KRISTJAN
Kif kulħadd jistaʼ jieħu sehem f’li jieħu ħsieb il-postijiet taʼ qima tagħna
Is-Swali tas-Saltna tagħna mhumiex biss bini; huma postijiet taʼ qima ddedikati lil Ġeħova. Kull wieħed minna kif jistaʼ jieħu sehem f’li jieħu ħsieb is-Sala tas-Saltna?
ARA L-VIDJOW NIEĦDU ĦSIEB IL-POSTIJIET TAL-QIMA TAGĦNA, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
Xi skop għandhom il-postijiet fejn isiru l-laqgħat?
Għala għandna nżommu s-Sala tas-Saltna nadifa u f’kundizzjoni tajba?
Kif ibbenefikajt mill-fatt li ħadt sehem fil-programm tal-manutenzjoni?
Is-sigurtà għala hi importanti u liema eżempji taʼ sigurtà rajt fil-vidjow?
Kif nistgħu nonoraw lil Ġeħova bid-donazzjonijiet tagħna?
JIEN KIF QED NIPPJANA LI NIEĦU SEHEM?