LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 7/15 pp. 22-26
  • Dan hu l-post tal-qima tagħna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Dan hu l-post tal-qima tagħna
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • NURU RISPETT GĦAL-​LAQGĦAT TAGĦNA
  • NGĦINU BIEX JINBNEW SWALI TAS-​SALTNA
  • INŻOMMU S-​SALA TAS-​SALTNA TAGĦNA NADIFA
  • NIEĦDU ĦSIEB IS-​SALA TAS-​SALTNA TAGĦNA
  • Arranġamenti għal postijiet taʼ qima
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Bżonn taʼ Tkabbir Malajr Minħabba ż-Żjieda Fenomenali
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Xogħol taʼ bini li jonora lil Ġeħova
    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!
  • Is-Swali tas-Saltna—Għala u Kif Jinbnew?
    Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 7/15 pp. 22-26
Sala tas-Saltna qed tinbena

Dan hu l-​post tal-​qima tagħna

“Iż-​żelu għal darek jikolni.”—ĠWANNI 2:17.

GĦANJIET: 127, 118

INT KIF TWIEĠEB?

  • Kif nistgħu nuru rispett għal-​laqgħat tagħna?

  • B’liema mod in-​nies taʼ Ġeħova jgħinu fil-​bini tas-​Swali tas-​Saltna?

  • Għala hu importanti li nżommu s-​Sala tas-​Saltna nadifa u f’kundizzjoni tajba?

1, 2. (a) Fil-​passat, il-​qaddejja taʼ Ġeħova fejn kienu jqimuh? (b) Ġesù kif ħassu dwar it-​tempju taʼ Ġeħova f’Ġerusalemm? (ċ) X’se niddiskutu f’dan l-​artiklu?

IL-​QADDEJJA t’Alla, fil-​passat u llum, kellhom u għad għandhom postijiet fejn jistgħu jqimu ’l Alla. Pereżempju, meta Abel offra sagrifiċċji lil Ġeħova, għandu mnejn bena artal. (Ġenesi 4:3, 4) Noè, Abraham, Iżakk, Ġakobb, u Mosè lkoll għamlu artali. (Ġenesi 8:20; 12:7; 26:25; 35:1; Eżodu 17:15) Ġeħova qal lill-​Iżraelin biex jibnu tabernaklu. (Eżodu 25:8) Imbagħad, tahom istruzzjonijiet biex jibnu tempju. (1 Slaten 8:27, 29) Wara li n-​nies t’Alla rritornaw mill-​eżilju f’Babilonja, b’mod regulari ltaqgħu f’sinagogi. (Marku 6:2; Ġwanni 18:20; Atti 15:21) U l-​ewwel Kristjani kienu jiltaqgħu fi djar. (Atti 12:12; 1 Korintin 16:19) Illum, in-​nies taʼ Ġeħova madwar id-​dinja kollha jiltaqgħu f’għaxriet t’eluf taʼ Swali tas-​Saltna, fejn jitgħallmu dwar Ġeħova u jqimuh.

2 Ġesù kellu rispett profond għat-​tempju taʼ Ġeħova f’Ġerusalemm. L-​imħabba taʼ Ġesù għat-​tempju fakkret lid-​dixxipli tiegħu dwar kliem is-​salmista: “Iż-​żelu għal darek kielni.” (Salm 69:9; Ġwanni 2:17) Sala tas-​Saltna mhix “id-​dar taʼ Ġeħova” bħalma kien it-​tempju f’Ġerusalemm. (2 Kronaki 5:13; 33:4) Imma xorta għandna nirrispettaw ħafna l-​postijiet taʼ qima tagħna. F’dan l-​artiklu, se niddiskutu prinċipji Bibliċi li jgħallmuna kif għandna nġibu ruħna meta nkunu fis-​Swali tas-​Saltna, kif għandna nieħdu ħsiebhom, u kif nistgħu ngħinu biex inħallsu għalihom.a—Ara n-​nota taʼ taħt.

NURU RISPETT GĦAL-​LAQGĦAT TAGĦNA

3-5. X’inhi Sala tas-​Saltna, u kif għandna nħossuna dwar il-​laqgħat tagħna?

3 Sala tas-​Saltna hi l-​post prinċipali fejn in-​nies jistgħu jiltaqgħu biex iqimu lil Ġeħova. Il-​laqgħat huma rigal minn Alla, u jgħinuna nsaħħu r-​relazzjoni tagħna miegħu. Waqt il-​laqgħat tagħna, l-​organizzazzjoni tiegħu tagħtina l-​inkuraġġiment u d-​direzzjoni li għandna bżonn. Huwa unur għalina li nkunu mistidnin minn Ġeħova u Ibnu biex kull ġimgħa nieklu mill-​“mejda taʼ Ġeħova.” (1 Korintin 10:21) M’għandna qatt ninsew kemm din l-​istedina hi speċjali!

4 Ġeħova b’mod ċar jgħidilna li jridna nkunu fil-​laqgħat biex inqimuh u ninkuraġġixxu lil xulxin. (Aqra Ebrej 10:24, 25.) Minħabba li nirrispettaw lil Ġeħova, aħna ma nitilfux il-​laqgħat għal xejn b’xejn. Inkunu qed nuru li aħna grati għal-​laqgħat tagħna meta nippreparaw għalihom u meta b’ħeġġa nipparteċipaw fihom.—Salm 22:22.

5 Il-​mod kif inġibu ruħna fil-​laqgħat u kif nieħdu ħsieb is-​Swali tas-​Saltna juri kemm nirrispettaw lil Ġeħova. Aħna rridu li l-​kondotta tagħna ġġib tifħir l-​isem taʼ Ġeħova, li normalment jidher fuq it-​tabella tas-​Sala tas-​Saltna.—Qabbel l-​1 Slaten 8:17.

6. Xi nies x’qalu dwar is-​Swali tas-​Saltna tagħna u dwar dawk li jattendu l-​laqgħat? (Ara l-​ewwel stampa.)

6 Meta nuru rispett għas-​Swali tas-​Saltna, nies oħrajn jinnotawh dan. Pereżempju, raġel fit-​Turkija qal: “Bqajt impressjonat b’kemm is-​Sala tas-​Saltna hi nadifa u organizzata. In-​nies kienu lebsin pulit, kellhom tbissima fuq wiċċhom, u laqgħuni b’mod dħuli. Dan impressjonani ħafna.” Ir-​raġel beda jiġi l-​laqgħat kollha u ma damx biex jitgħammed. F’belt fl-​Indoneżja, l-​aħwa stiednu lill-​ġirien tagħhom, is-​sindku, u uffiċjali oħra biex jaraw is-​Sala tas-​Saltna l-​ġdida. Is-​sindku kien impressjonat bil-​kwalità tajba, bid-​dehra, u bil-​ġnien sabiħ tal-​bini. Hu qal: “L-​indafa taʼ din is-​sala turi l-​fidi vera tagħkom.”

Familja li mhix attenta waqt il-laqgħa

Il-mod kif inġibu ruħna jistaʼ juri diżrispett għal Alla (Ara paragrafi 7, 8)

7, 8. Kif nuru li nirrispettaw lil Ġeħova meta nkunu fis-​Sala tas-​Saltna?

7 Ġeħova hu dak li qed jistidinna għal-​laqgħat, u hu jagħti kas taʼ kif nidhru u nġibu ruħna meta nkunu hemm. Allura nevitaw l-​estremitajiet. Minn banda waħda, m’aħniex stretti u formali żżejjed, u mill-​banda l-​oħra, m’aħniex laxki u każwali żżejjed. Huwa minnu li Ġeħova jrid lilna u n-​nies li nistiednu s-​Sala tas-​Saltna biex ilkoll inkunu komdi hemm. Imma bl-​ebda mod ma rridu nuru diżrispett għal-​laqgħat. Huwa għalhekk li ma nilbsux ħwejjeġ b’mod żmattat jew każwali żżejjed, u noqogħdu attenti li ma nibagħtux messaġġi, ma nitkellmux, jew ma niklux u nixorbu waqt il-​laqgħat. U l-​ġenituri għandhom jgħallmu ’l uliedhom biex ma joqogħdux jiġru jew jilagħbu fis-​Sala tas-​Saltna.—Ekkleżjasti 3:1.

8 Meta Ġesù ra nies ibigħu affarijiet fit-​tempju t’Alla, irrabja u keċċiehom ’il barra. (Ġwanni 2:13-​17) Fis-​Swali tas-​Saltna tagħna, aħna nqimu lil Ġeħova u nitgħallmu dwaru. Allura ma jkunx sew li nieħdu ħsieb affarijiet taʼ negozju waqt li nkunu hemm.—Qabbel Neħemija 13:7, 8.

NGĦINU BIEX JINBNEW SWALI TAS-​SALTNA

9, 10. (a) In-​nies taʼ Ġeħova kif jibnu Swali tas-​Saltna, u x’kienu r-​riżultati? (b) L-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova kif tgħin lill-​kongregazzjonijiet li ma jaffordjawx jibnu s-​Sala tas-​Saltna tagħhom stess?

9 In-​nies taʼ Ġeħova madwar id-​dinja jaħdmu iebes biex jibnu Swali tas-​Saltna. Volontieri li ma jitħallsux jagħmlu l-​pjanti tal-​bini, jibnu, u jirranġawhom. B’hekk, fl-​aħħar 15-​il sena, bnejna iktar minn 28,000  Sala tas-​Saltna sabiħa madwar id-​dinja, jew bejn wieħed u ieħor ħames Swali tas-​Saltna ġodda kuljum.

10 L-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova tuża l-​kontribuzzjonijiet u tassenja volontieri biex jgħinu ħalli jinbnew Swali tas-​Saltna kull fejn hemm bżonn. Aħna nimxu fuq il-​prinċipju Bibliku li dawk li għandhom iktar jistgħu jgħinu lil dawk li m’għandhomx biżżejjed. (Aqra t-​2 Korintin 8:13-​15.) X’kienu r-​riżultati? Ħafna Swali tas-​Saltna nbnew għall-​kongregazzjonijiet li m’affordjawx iħallsu għalihom.

11. Xi aħwa x’jgħidu dwar is-​Sala tas-​Saltna ġdida tagħhom, u dan xi jġiegħlek tħoss?

11 Aħwa minn kongregazzjoni fil-​Kosta Rika kitbu: “Meta nkunu quddiem is-​Sala tas-​Saltna, inħossuna qed noħolmu! Ma nistgħux nemmnu ’l għajnejna. Is-​sala sabiħa tagħna tlestiet sal-​inqas dettall fi tmint ijiem biss! Dan sar possibbli bil-​barka taʼ Ġeħova, bl-​arranġamenti li saru mill-​organizzazzjoni tiegħu, u bl-​appoġġ taʼ ħutna l-​għeżież. Dan il-​post taʼ qima hu fil-​fatt rigal prezzjuż, ħaġra prezzjuża li Ġeħova tana. Inħossuna ferħanin se ntiru.” Kemm nieħdu pjaċir li nisimgħu li ħutna rġiel u nisa qed jirringrazzjaw lil Ġeħova għal dak li għamel għalihom! U aħna ferħanin ħafna li ħutna madwar id-​dinja kollha jistaʼ jkollhom is-​Sala tas-​Saltna tagħhom stess. Huwa ċar li Ġeħova qed ibierek ix-​xogħol tal-​bini tas-​Swali tas-​Saltna, għax ladarba jinbnew, ħafna iktar nies jibdew jattendu l-​laqgħat biex jitgħallmu dwar Ġeħova.—Salm 127:1.

12. Kif tistaʼ tgħin biex jinbnew Swali tas-​Saltna?

12 Kif tistaʼ tgħin biex jinbnew Swali tas-​Saltna? Forsi tistaʼ toffri biex tgħin f’dan ix-​xogħol. U lkoll kemm aħna nistgħu nikkontribwixxu l-​flus biex jitħallas il-​bini taʼ Swali tas-​Saltna. Meta nagħmlu kulma nistgħu biex nappoġġaw dan ix-​xogħol, inħossu l-​ferħ li jiġi meta nagħtu, u iktar importanti minn hekk, inġibu tifħir lil Ġeħova. Aħna nimxu skont l-​eżempju tan-​nies t’Alla fi żminijiet Bibliċi li kienu ħerqanin biex jagħtu ħalli jinbnew il-​postijiet taʼ qima tagħhom.—Eżodu 25:2; 2 Korintin 9:7.

INŻOMMU S-​SALA TAS-​SALTNA TAGĦNA NADIFA

13, 14. X’nitgħallmu mill-​Bibbja li juri li għandna nżommu s-​Sala tas-​Saltna tagħna nadifa u f’ordni?

13 Ġeħova hu Alla nadif u qaddis. Hu Alla t’ordni. Huwa għalhekk li għandna nżommu s-​Sala tas-​Saltna tagħna nadifa u f’ordni. (Aqra l-​1 Korintin 14:33, 40.) Sabiex inkunu nodfa u qaddisin bħal Ġeħova, mhux biss irridu nżommu l-​qima tagħna, il-​ħsibijiet tagħna, u l-​azzjonijiet tagħna nodfa, imma rridu nżommu wkoll ġisimna nadif.—Rivelazzjoni 19:8.

14 Meta nżommu s-​Sala tas-​Saltna tagħna nadifa u f’ordni, inkunu kburin biex nistiednu lin-​nies għal-​laqgħat tagħna. U n-​nies se jinnotaw li aħna verament inpoġġu fil-​prattika dak li nippritkaw dwar dinja ġdida nadifa. Huma se jaraw li nqimu Alla qaddis u nadif li se jagħmel din l-​art ġenna sabiħa.—Isaija 6:1-​3; Rivelazzjoni 11:18.

15, 16. (a) Għala mhuwiex dejjem faċli li s-​Sala tas-​Saltna tinżamm nadifa? Imma għala għandna nżommuha nadifa? (b) Fis-​Sala tas-​Saltna tagħkom kif inhu organizzat it-​tindif, u x’unur għandu kull wieħed u waħda minna?

15 Il-​Malti jgħid: Mitt bniedem mitt fehma. Dan japplika wkoll dwar it-​tindif. Għala? Jistaʼ jkun minħabba l-​mod kif trabbejna. Apparti minn hekk, xi wħud jgħixu fi nħawi b’ħafna trab jew f’post fejn it-​toroq huma maħmuġa u bit-​tajn. Oħrajn m’għandhomx biżżejjed ilma jew prodotti biex inaddfu. Imma ngħixu fejn ngħixu u jaħsbu x’jaħsbu n-​nies fl-​akkwata tagħna dwar it-​tindif, għandna nżommu s-​Sala tas-​Saltna nadifa u f’ordni. Huwa l-​post fejn inqimu lil Ġeħova.—Dewteronomju 23:14.

16 Jekk irridu li s-​Sala tas-​Saltna tkun nadifa kemm jistaʼ jkun, għandna nkunu organizzati. L-​anzjani jagħmlu skeda għall-​kongregazzjoni u jagħmlu ċert li dejjem ikun hemm biżżejjed prodotti tat-​tindif u affarijiet bħal xkupi, bramel, u biċċiet tal-​art disponibbli għall-​aħwa. Apparti minn hekk, l-​anzjani jorganizzaw ix-​xogħol ħalli jsir kif suppost. Xi affarijiet għandhom jitnaddfu wara kull laqgħa, imma xi affarijiet oħra mhux daqshekk spiss. Ilkoll kemm aħna għandna l-​unur li nieħdu sehem fit-​tindif tas-​Sala tas-​Saltna tagħna.

NIEĦDU ĦSIEB IS-​SALA TAS-​SALTNA TAGĦNA

17, 18. (a) X’nistgħu nitgħallmu mill-​mod kif in-​nies taʼ Ġeħova fil-​passat kienu jieħdu ħsieb it-​tempju? (b) Għala għandna nieħdu ħsieb is-​Sala tas-​Saltna tagħna?

17 Aħna nżommu s-​Sala tas-​Saltna tagħna f’kundizzjoni tajba wkoll billi ssir kull tiswija li hi neċessarja. Il-​qaddejja taʼ Ġeħova fil-​passat għamlu l-​istess. Pereżempju, matul ir-​renju tas-​Sultan Ġeħogħas taʼ Ġuda, in-​nies ikkontribwew il-​flus għat-​tempju. Is-​sultan ikkmanda l-​qassisin biex jużaw dawn il-​flus sabiex jissewwa t-​tempju kull fejn kien hemm bżonn. (2 Slaten 12:4, 5) Iktar minn 200 sena wara, is-​Sultan Ġosija wkoll uża l-​kontribuzzjonijiet tat-​tempju biex jitħallsu t-​tiswijiet.—Aqra t-​2 Kronaki 34:9-​11.

18 Xi Kumitati tal-​Fergħa nnotaw li n-​nies fil-​pajjiżi tagħhom mhumiex imdorrijin iżommu binjiet jew apparat f’kundizzjoni tajba. Jistaʼ jkun li ftit hemm nies f’dawn il-​pajjiżi li jafu jagħmlu dan ix-​xogħol. Jew forsi m’għandhomx biżżejjed flus biex iħallsu ħalli jsewwuhom. Imma jekk ma nsewwux is-​Sala tas-​Saltna tagħna kull meta jkun hemm bżonn, din tibda tidher traskurata u n-​nies se jinnotawh dan. Mhux se tkun xhieda tajba għalihom. Mill-​banda l-​oħra, meta nagħmlu dak kollu li nistgħu biex nieħdu ħsieb is-​Sala tas-​Saltna tagħna, inkunu qed infaħħru lil Ġeħova u ma nkunux qed naħlu l-​flus li ħutna jkunu kkontribwew.

Xi ħadd qed jitfaʼ donazzjoni fil-kaxxa tal-kontribuzzjoni; nies inaddfu s-Sala tas-Saltna

Għandna nżommu s-Sala tas-Saltna nadifa u f’kundizzjoni tajba (Ara paragrafi 16, 18)

19. X’se tagħmel biex turi r-​rispett tiegħek għall-​post fejn tqim lil Ġeħova?

19 Is-​Sala tas-​Saltna hi binja ddedikata lil Ġeħova. Mhijiex taʼ xi ħadd jew taʼ xi kongregazzjoni. Bħalma ddiskutejna f’dan l-​artiklu, prinċipji Bibliċi se jgħinuna jkollna l-​attitudni t-​tajba lejn il-​post fejn inqimu ’l Alla. Minħabba li nirrispettaw lil Ġeħova, aħna nuru rispett għal-​laqgħat tagħna bħalma nuru rispett għas-​Sala tas-​Saltna. Aħna ferħanin li nikkontribwixxu l-​flus biex jinbnew Swali tas-​Saltna ġodda, u naħdmu iebes biex nieħdu ħsiebhom u nżommuhom nodfa. Bħal Ġesù, aħna nuru ż-​żelu u r-​rispett għall-​post fejn inqimu lil Ġeħova.—Ġwanni 2:17.

a Dan l-​artiklu qed jirreferi għas-​Swali tas-​Saltna. Imma dak li se niddiskutu japplika wkoll għas-​Swali tal-​Assembleat u postijiet oħra li jintużaw biex inqimu lil Ġeħova.

XI ESPRESSJONIJIET SPJEGATI

  • Aħna nirrispettaw is-​Swali tas-​Saltna u l-​laqgħat tagħna għax huwa Ġeħova li jistidinna nkunu hemm. Is-​Sala tas-​Saltna hi l-​post prinċipali fejn niltaqgħu biex inqimuh. Allura meta nkunu hemm, irridu li kulma ngħidu u nagħmlu jġib tifħir lil Ġeħova u jinkuraġġixxi oħrajn biex iqimuh

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja