TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠENESI 9-11
“L-art kollha kellha lingwa waħda”
F’Babel, Ġeħova xerred lill-bnedmin diżubbidjenti billi ħawdilhom il-lingwa. Illum hu qiegħed jiġbor folla kbira minn kull ġens u lsien u jagħtihom “lingwa pura” sabiex “isejħu isem Ġeħova, biex jaqduh spalla maʼ spalla.” (So 3:9; Ri 7:9) Din il-“lingwa pura” hija l-verità dwar Ġeħova u l-iskopijiet tiegħu kif insibu fl-Iskrittura.
Meta titgħallem lingwa ġdida, dan jinvolvi ħafna iktar milli sempliċement titgħallem kliem ġdid bl-amment. Jeħtieġ li titgħallem mod ġdid taʼ kif taħsibha. Bl-istess mod, hekk kif aħna nitgħallmu l-lingwa pura tal-verità, moħħna jinbidel. (Rum 12:2) Dan huwa proċess kontinwu li jġib unità fost il-poplu t’Alla.—1Ko 1:10.