TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠENESI 44-45
Ġużeppi Jaħfer lil Ħutu
Jistaʼ jkun taʼ sfida biex naħfru, speċjalment meta xi ħadd ikun weġġagħna apposta. X’għen lil Ġużeppi biex jaħfer lil ħutu meta ttrattawh ħażin ħafna?
Ġużeppi ma pprovax ipattihielhom, iżda minflok ipprova jara jekk kinux inbidlu għax hu ried jaħfrilhom.—Sa 86:5; Lq 17:3, 4
Ġużeppi ma baqax iħossu rrabjat. Minflok, imita lil Ġeħova, li dejjem hu lest li jaħfer lin-nies.—Mik 7:18, 19
Jien kif nistaʼ nimita l-maħfra taʼ Ġeħova?