GĦIX BĦALA KRISTJAN
Oqgħod Attent li Ma Xxerridx Informazzjoni Żbaljata
Illum, l-informazzjoni tistaʼ tasal malajr għand miljuni taʼ nies permezz tal-istampar, tar-radju, tat-televixin, u tal-Internet. Dawk li jqimu “l-Alla tal-verità” ma jridux ixerrdu informazzjoni falza, lanqas bi żball. (Sa 31:5; Eżo 23:1) Li tgħid affarijiet li mhumiex minnhom lil oħrajn jistaʼ jikkaġuna ħafna ħsara. Meta tipprova tara jekk xi ħaġa hix minnha, staqsi lilek innifsek:
‘Nafda minn fejn ġejja l-informazzjoni?’ Dak li jgħid l-istorja jistaʼ ma jkunx jaf il-fatti kollha. Meta l-istejjer jgħaddu minn persuna għall-oħra, hemm iktar ċans li jinbidlu. Allura oqgħod attent minn fejn tkun ġejja l-istorja. Peress li dawk li għandhom responsabbiltajiet fil-kongregazzjoni huma rispettati, huma għandhom joqogħdu speċjalment attenti meta jxerrdu informazzjoni li ma jkunux jafu jekk hix vera jew le
‘L-informazzjoni tħammeġ ir-reputazzjoni taʼ xi ħadd?’ Jekk se ġġiegħel lil dak li jkun ikollu impressjoni ħażina dwar persuna jew grupp, ikun aħjar li ma nirrepetuhiex.—Pr 18:8; Flp 4:8
‘Hija l-istorja taʼ min jemminha?’ Oqgħod attent meta tismaʼ stejjer u esperjenzi esaġerati
ARA L-VIDJOW KIF NISTAʼ NWAQQAF IL-GOSSIP? U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
Skont Proverbji 12:18, il-kliem xi ħsara jistaʼ jagħmel?
Filippin 2:4 kif jgħinna naħsbu sew x’ngħidu dwar oħrajn?
X’għandna nagħmlu meta l-kummenti li nisimgħu dwar oħrajn jibdew ikunu sarkastiċi jew negattivi?
Qabel ma nibdew nitkellmu fuq xi ħadd, x’għandna nistaqsu lilna nfusna?