LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb21 Mejju p. 13
  • Uri l-​Imħabba fil-​Familja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Uri l-​Imħabba fil-​Familja
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2021
  • Materjal Simili
  • Il-familja tiegħek tistaʼ tkun ferħana
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Kif Tistaʼ Tagħmel il-​Ħajja tal-​Familja Tiegħek Hienja
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Ħajja Tal-Familja Li Togħġob Lil Alla
    Alla X’Jirrikjedi Minna?
  • Żewġ Ċwievet Għal Żwieġ Dejjiemi
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
Ara Iżjed
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2021
mwb21 Mejju p. 13
Familja tkanta flimkien waqt laqgħa.

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Uri l-​Imħabba fil-​Familja

L-​imħabba hi bħal kolla li tgħaqqad il-​familja. Mingħajr l-​imħabba, familja tbati biex tibqaʼ magħquda u taħdem flimkien. L-​irġiel, in-​nisa, u l-​ġenituri, kif juru l-​imħabba fil-​familja?

Raġel li jħobb lill-​mara tiegħu jqis il-​bżonnijiet tagħha, kif taħsibha, u kif tħossha. (Ef 5:28, 29) Hu se jagħti lill-​familja dak li għandhom bżonn u se jgħinhom ikunu eqreb taʼ Ġeħova. Dan jinkludi l-​Qima Bħala Familja b’mod regulari. (1Ti 5:8) Mara li tħobb lil żewġha se tkun sottomessa lejh u turih ‘rispett kbir.’ (Ef 5:22, 33; 1Pt 3:1-​6) It-​tnejn li huma jridu jkunu lesti li jaħfru lil xulxin. (Ef 4:32) Ġenituri li jħobbu lit-​tfal tagħhom juru interess persunali f’kull wieħed minnhom u jgħallmuhom iħobbu lil Ġeħova. (Dt 6:6, 7; Ef 6:4) It-​tfal xi problemi jiffaċċjaw l-​iskola? Kif qed ikampaw mal-​pressjoni minn dawk taʼ madwarhom? Meta jkun hemm imħabba kbira fil-​familja, kulħadd iħossu protett u safe.

ARA L-​VIDJOW KOMPLI URI MĦABBA FIL-​FAMILJA TIEGĦEK, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Xena mill-​vidjow ‘Kompli Uri Mħabba fil-​Familja Tiegħek.’ Wara li r-​raġel u l-​mara waslu d-​dar mil-​laqgħa, huma bdew jiddiskutu skrittura flimkien.

    Raġel li jħobb lill-​mara tiegħu, kif jieħu ħsiebha u japprezzaha?

  • Xena mill-​vidjow ‘Kompli Uri Mħabba fil-​Familja Tiegħek.’ Wara li oħt tasal id-​dar mil-​laqgħa, hi tismaʼ bil-​paċenzja lir-​raġel tagħha li mhux Xhud u taċċertah minn kemm tħobbu.

    Mara li tħobb lil żewġha, kif turi li għandha rispett kbir lejh?

  • Xena mill-​vidjow ‘Kompli Uri Mħabba fil-​Familja Tiegħek.’ Familja titkellem dwar xi punti li għoġbuhom fil-​laqgħa huma u jnaqqru xi ikel.

    Ġenituri li jħobbu lit-​tfal tagħhom, kif jgħallmuhom il-​Kelma t’Alla?

OQOGĦDU ATTENTI MIT-​TEKNOLOĠIJA

It-​teknoloġija, bħal televixin u mowbajl, tistaʼ tiħodlok ħafna ħin li jkun aħjar tużah mal-​familja. Il-​ġenituri jridu jiddeċiedu għalihom u għat-​tfal tagħhom kemm se jqattgħu ħin jużaw it-​teknoloġija. Iktar minn hekk, il-​ġenituri jridu jiddeċiedu jekk it-​tfal tagħhom iħalluhomx jitkellmu m’oħrajn fuq l-​internet u maʼ min.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja