GĦIX BĦALA KRISTJAN
Għajnuna Biex Nevitaw li Nitnikkru
Wieħed li jitnikker iħalli għal darb’oħra dak li jistaʼ jew għandu jagħmel mill-ewwel. Dan żgur li ma jiddeskrivix lil Ġeħu meta Ġeħova qallu biex jeqred lid-dar t’Aħab. (2Sl 9:6, 7, 16) Xi nies jgħidu: “Forsi nitgħammed fi ftit snin oħra.” “Nispera li ma ndumx biex nibda naqra l-Bibbja kuljum.” “Se napplika għal pijunier meta nsib xogħol aħjar.” L-Iskrittura tistaʼ tgħinna nevitaw li nitnikkru f’xi aspetti tal-qima tagħna.
Il-versi li ġejjin kif jistgħu jimmotivawna biex ma nitnikkrux?