LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w20 Ġunju p. 17
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Materjal Simili
  • Int Se ‘Tibqaʼ Miexi bl-Ispirtu’?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Qed Tħalli l-Ispirtu t’Alla Jmexxik?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Komplu ‘Agħtu Ħafna Frott’
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Wara l-Magħmudija Ara li Tibqaʼ Tilbes “il-Personalità l-Ġdida”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
w20 Ġunju p. 17

Mistoqsijiet mill-Qarrejja

“Il-frott taʼ l-ispirtu” jinkludi biss dawk il-kwalitajiet li jissemmew f’​Galatin 5:22, 23?

  • IMĦABBA

  • FERĦ

  • PAĊI

  • SABAR FIT-​TUL

  • QALB TAJBA

  • TJUBIJA

  • FIDI

  • ĦLEWWA

  • RAŻAN

Dawn il-​versi jsemmu disaʼ kwalitajiet: ‘Il-​frott taʼ l-​ispirtu hu l-​imħabba, il-​ferħ, il-​paċi, is-​sabar fit-​tul, il-​qalb tajba, it-​tjubija, il-​fidi, il-​ħlewwa, u r-​rażan.’ Imma l-​ispirtu t’Alla jistaʼ jgħinna niżviluppaw kwalitajiet oħra.

Innota x’kiteb l-​appostlu Pawlu fil-​versi taʼ qabel: “L-​għemejjel tal-​laħam . . . huma ż-​żína, in-​nuqqas taʼ ndafa, il-​kondotta laxka, l-​idolatrija, l-​ipprattikar taʼ l-​ispiritiżmu, il-​mibegħda, il-​ġlied, l-​għira, l-​għadab, it-​tilwim, il-​firda, is-​setet, l-​invidja, is-​sokor, ix-​xalar, u affarijiet bħal dawn.” (Gal. 5:19-​21) Pawlu spiċċa bil-​kliem “affarijiet bħal dawn.” Allura hu ma semmiex “l-​għemejjel tal-​laħam” kollha li jissemmew f’​Kolossin 3:5. Hu għamel xi ħaġa simili meta semma disaʼ kwalitajiet tajbin. F’​Galatin 5:23, hu qal: “Kontra dawn m’hemmx liġi.” Mela Pawlu ma semmiex il-​kwalitajiet kollha li nistgħu niżviluppaw bl-​għajnuna tal-​ispirtu qaddis.

Aħna nifhmu dan meta nqabblu l-​frott tal-​ispirtu mal-​frott tad-​dawl li semma Pawlu mal-​kongregazzjoni f’Efesu: “Il-​frott tad-​dawl jikkonsisti minn kull xorta taʼ tjubija u ġustizzja u verità.” (Efes. 5:8, 9) Iva, it-​“tjubija,” flimkien mal-​ġustizzja u l-​verità, hija parti mill-​“frott tad-​dawl,” imma hija wkoll parti mill-​“frott taʼ l-​ispirtu.”

B’mod simili, Pawlu ħeġġeġ lil Timotju biex ‘jiġri wara s-​sewwa, id-​devozzjoni lejn Alla, il-​fidi, l-​imħabba, is-​sabar, u t-​temperament ġwejjed’—sitt kwalitajiet mill-​aħjar. (1 Tim. 6:11) Però, tlieta minnhom biss (il-​fidi, l-​imħabba, u t-​temperament ġwejjed, jiġifieri l-​ħlewwa) huma msemmijin bħala “l-​frott taʼ l-​ispirtu.” Imma Timotju żgur li kellu bżonn ukoll jiġri wara s-​sewwa, juri devozzjoni lejn Alla, u s-​sabar. Hu kien jaf li kellu bżonn l-​għajnuna tal-​ispirtu qaddis biex jiżviluppa dawn il-​kwalitajiet.—Qabbel Kolossin 3:12; it-​2 Pietru 1:5-​7.

Għalhekk, Galatin 5:22, 23, ma jsemmix il-​kwalitajiet kollha li Kristjan għandu jiżviluppa. L-​ispirtu t’Alla jistaʼ jgħinna niżviluppaw id-​disaʼ kwalitajiet li huma mniżżlin bħala “l-​frott taʼ l-​ispirtu.” Imma hemm kwalitajiet oħrajn li għandna bżonn naħdmu fuqhom. B’hekk, inkunu Kristjani maturi u ‘nilbsu l-​personalità l-​ġdida li nħolqot skont ir-​rieda t’Alla fil-​ġustizzja u l-​lealtà vera.’—Efes. 4:24.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja