LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp21 Nru. 1 pp. 5-7
  • Alla Jismaʼ t-Talb Tagħna?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Alla Jismaʼ t-Talb Tagħna?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2021
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • ALLA QIEGĦED JISMAGĦNA.
  • ALLA JRIDEK TITOLBU.
  • ALLA VERU JIMPURTAH MINNEK.
  • JIEN INĦOBB LIL ĠEĦOVA GĦAX JISMAGĦNI
  • Ersaq Qrib Lejn Alla bit-​Talb
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Il-privileġġ tat-talb
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Introduzzjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2021
  • Bit-Talb Issir Iżjed Ħabib t’Alla
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2021
wp21 Nru. 1 pp. 5-7
Żagħżugħa titbissem.

“Ersqu qrib lejn Alla, u hu jersaq qrib lejkom.”—Ġakbu 4:8.

Alla Jismaʼ t-Talb Tagħna?

Qatt ħsibt jekk Alla jisimgħekx meta titlob? Mhux waħdek jekk taħseb hekk. Ħafna talbu lil Alla dwar xi problemi li kellhom, imma l-​problemi baqgħu. Ifisser dan li Alla ma jagħtix kas it-​talb tagħna? Le! Il-​Bibbja tassigurana li Alla jismagħna meta nitolbuh kif suppost. Ejja naraw x’tgħid il-​Bibbja.

ALLA QIEGĦED JISMAGĦNA.

“O Semmiegħ it-​talb, għandek jiġu n-​nies taʼ kull xorta.”—Salm 65:2.

Xi nies, għalkemm jaħsbu li ħadd ma qed jismagħhom, jitolbu għax jgħidu li jħossuhom aħjar. Imma t-​talb mhux xi ħaġa li nagħmlu sempliċement biex inħossuna aħjar u nkunu nistgħu nkampaw iżjed mal-​problemi tagħna. Il-​Bibbja taċċertana li “Ġeħovaa hu qrib dawk kollha li jsejħulu, dawk kollha li jsejħulu bil-​verità. . . . U se jismaʼ l-​għajta tagħhom għall-​għajnuna.”—Salm 145:18, 19.

Mela nistgħu nkunu ċerti li Alla Ġeħova jismaʼ t-​talb tal-​qaddejja tiegħu. Bi mħabba jgħidilna: “Issejħuli u tiġu titolbuni, u jien nismagħkom.”—Ġeremija 29:12.

ALLA JRIDEK TITOLBU.

Missier maġenb it-tifla tiegħu hekk kif tilgħab bit-toys.

“Ipperseveraw fit-​talb.”—Rumani 12:12.

Il-​Bibbja tinkuraġġina biex ‘nitolbu kontinwament’ u biex ‘nibqgħu nitolbu f’kull okkażjoni.’ B’mod ċar, Alla Ġeħova jridna nitolbuh.—Mattew 26:41; Efesin 6:18.

Alla għala jridna nitolbu lilu? Aħseb naqra: Liema ġenitur ma jkunx irid lit-​tifel tiegħu jistaqsih “Da, tistaʼ tgħinni”? Ovvjament, il-​missier jistaʼ jkun li diġà jaf xi jkollu bżonn it-​tifel u kif iħossu. Imma meta jismaʼ lit-​tifel jistaqsi għall-​għajnuna, dan jurih kemm jafdah u jħobbu. B’mod simili, meta aħna nitolbu lil Alla Ġeħova, inkunu qed nuruh li nafdawh u li rridu nersqu qrib tiegħu.—Proverbji 15:8; Ġakbu 4:8.

ALLA VERU JIMPURTAH MINNEK.

Raġel imdejjaq bilqiegħda fuq it-taraġ quddiem blokka uffiċini. Għandu kaxxa bl-affarijiet personali tal-uffiċċju.

‘Itfgħu l-​ansjetà kollha tagħkom fuqu, għax hu jimpurtah minnkom.’—1 Pietru 5:7.

Alla jridna nitolbuh għax iħobbna u jimpurtah minna. Hu jaf bil-​problemi kollha tagħna u dak li jinkwetana, u hu jrid jgħinna.

Matul ħajtu, is-​Sultan David talab lil Alla Ġeħova għall-​għajnuna u qallu x’kien jaħseb u kif kien iħossu. (Salm 23:1-6) Alla kif ħassu dwar David? Alla kien iħobbu lil David u kien jismaʼ t-​talb kollu tiegħu. (Atti 13:22) Bl-​istess mod, Alla jismaʼ t-​talb tagħna għax jimpurtah minna.

JIEN INĦOBB LIL ĠEĦOVA GĦAX JISMAGĦNI

Kittieb tas-​salmi fil-​Bibbja esprima lilu nnifsu b’dan il-​kliem. Hu kien ċert li Alla kien qed jismaʼ t-​talb tiegħu, u dan għenu ħafna. Hu ħassu eqreb t’Alla u b’hekk kellu s-​saħħa biex ikampa mal-​problemi tal-​ħajja.—Salm 116:1-9.

Meta nkunu ċerti li Alla jismaʼ t-​talb tagħna, aħna se nibqgħu nitolbuh. Ejja naraw l-​esperjenza taʼ Pedro, li jgħix in-​naħa taʼ fuq taʼ Spanja. Hu tilef lil ibnu taʼ 19-​il sena f’aċċident tat-​traffiku. Fin-​niket li kellu, Pedro fetaħ qalbu m’Alla u talbu kemm-​il darba għall-​faraġ u s-​sapport. X’ġara? Pedro qal: “Ġeħova wieġeb it-​talb tiegħi bil-​faraġ u s-​sapport li jien u marti rċivejna mingħand il-​Kristjani sħabna.”

Raġel imdejjaq iżomm ritratt waqt li sħabu jfarrġuh.

Spiss, it-talb tagħna jiġi mwieġeb permezz tal-faraġ u s-sapport taʼ ħbieb li jħobbuna

Waqt li t-​talb ma ġabx lil ibnu lura, dan għen ħafna lil Pedro u lill-​familja tiegħu. Il-​mara tiegħu, María Carmen, tiftakar: “It-​talb għenni nissaporti n-​niket. Kont naf li Alla Ġeħova fehemni għax meta tlabtu, ħassejt paċi u kalma.”

Il-​Bibbja u l-​esperjenzi personali taʼ ħafna nies juru b’mod ċar li Alla jismaʼ t-​talb. Imma huwa ċar ukoll li Alla ma jismax it-​talb kollu. Alla għala jismaʼ xi talb u mhux ieħor?

a Ġeħova hu l-​isem personali t’Alla.—Salm 83:18.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja