LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w21 Ġunju p. 31
  • Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-​Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Materjal Simili
  • Xi Tfisser Għalik il-Liġi Mosajka
    Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
  • Il-Liġi tal-Kristu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Sib tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet
    2017-2018 Programm għall-Assemblea tas-Circuit mar-Rappreżentant tal-Fergħa
  • Il-Kristjani tal-Bidu u l-Liġi Mosajka
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
w21 Ġunju p. 31

Mistoqsijiet Mill-qarrejja

L-​appostlu Pawlu x’ried ifisser meta qal: “Permezz tal-​liġi mitt għal-​liġi”?—Gal. 2:19.

L-​appostlu Pawlu.

Pawlu kiteb: “Permezz tal-​liġi mitt għal-​liġi biex nieħu l-​ħajja għal Alla.”—Gal. 2:19.

Dak li kiteb Pawlu kellu x’jaqsam maʼ dak li kien qed jgħid lill-​kongregazzjonijiet fil-​Galazja. Xi Kristjani hemmhekk kienu qed jiġu influwenzati minn għalliema foloz. Dawn l-​irġiel bdew jgħallmu li biex persuna ssalva kellha tobdi l-​Liġi Mosajka, b’mod partikulari ċ-​ċirkonċiżjoni. Imma Pawlu kien jaf li Alla ma kienx għadu qed jitlob lill-​qaddejja tiegħu biex jagħmlu ċ-​ċirkonċiżjoni. Billi rraġuna magħhom, hu wriehom li dan kien tagħlim falz u saħħaħ il-​fidi tagħhom fis-​sagrifiċċju taʼ Ġesù Kristu bħala fidwa.—Gal. 2:4; 5:2.

Il-​Bibbja turina biċ-​ċar li meta persuna tmut, ma tkunx taf x’qed jiġri madwarha. (Ekk. 9:5) Meta Pawlu qal: “Mitt għal-​liġi,” kien qed ifisser li l-​Liġi Mosajka ma kinitx għadha taffettwa l-​ħajja tiegħu. Imma Pawlu kien ċert li permezz tal-​fidi tiegħu fis-​sagrifiċċju taʼ Ġesù bħala fidwa, hu ħa “l-​ħajja għal Alla.”

Il-​Liġi għamlet il-​bidla fis-​sitwazzjoni taʼ Pawlu. Kif? Hu spjega li “bniedem ma jiġix dikjarat ġust bl-​għemejjel tal-​liġi, imma biss bil-​fidi fi Kristu Ġesù.” (Gal. 2:16) Għalhekk, il-​Liġi wettqet xi ħaġa importanti. Pawlu spjega lill-​Galatin: “Ġiet miżjuda biex tagħmel in-​nuqqasijiet jidhru, sakemm jasal in-​nisel li lilu saret il-​wegħda.” (Gal. 3:19) Iva, il-​Liġi Mosajka għamlitha ovvja li bnedmin imperfetti ma setgħux jobdu l-​Liġi b’mod perfett u li huma kellhom bżonn sagrifiċċju perfett. Għalhekk, il-​Liġi għenet lin-​nies biex jirrealizzaw li Ġesù hu “n-​nisel.” Kull min kellu l-​fidi f’Ġesù Kristu setaʼ jkun dikjarat ġust quddiem Alla. (Gal. 3:24) Pawlu wasal għal dan il-​punt minħabba li permezz tal-​Liġi Mosajka, hu aċċetta u poġġa l-​fidi f’Ġesù. Għalhekk Pawlu qal: “Mitt għal-​liġi” u ħadt “il-​ħajja għal Alla.” Il-​Liġi ma kellhiex iktar qawwa fuqu, imma Alla kellu.

Pawlu kiteb xi ħaġa simili fl-​ittra tiegħu lir-​Rumani. Hu qal: “Ħuti, intom ukoll sirtu mejtin għal-​Liġi permezz tal-​ġisem tal-​Kristu . . . Imma issa nħlisna mil-​Liġi, għax mitna għal dak li bih konna qed niġu miżmumin sod.” (Rum. 7:4, 6) Din l-​iskrittura u Galatin 2:19, juruna li Pawlu ma kienx qed jgħid li hu miet bħala midneb taħt il-​Liġi. Minflok, hu kien qed jgħid li ġie meħlus. Il-​Liġi ma kinitx għadha tgħodd għalih u għal oħrajn bħalu. Huma kienu nħelsu permezz tal-​fidi fis-​sagrifiċċju taʼ Kristu bħala fidwa.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja