Introduzzjoni
Madwar id-dinja kollha, problemi taʼ saħħa mentali qed jeffettwaw lil miljuni taʼ nies. Ma tagħmilx differenza x’età, edukazzjoni, u reliġjon għandhom, jew minn liema pajjiż huma u kemm jaqilgħu flus. Kollha qed jiġu effettwati! X’inhu mard mentali u kif jeffettwa lin-nies? Din ir-rivista se tiddiskuti kemm hu importanti li tfittex għajnuna professjonali u kif il-Bibbja tistaʼ tgħin b’modi differenti lil dawk li qed jiġu effettwati.