LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp23 Nru. 1 pp. 8-9
  • 2 | Il-Bibbja Tagħtik Kuraġġ

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • 2 | Il-Bibbja Tagħtik Kuraġġ
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2023
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Dan Xi Jfisser?
  • Dan Kif Jistaʼ Jgħinna?
  • Id-​dipressjoni fost iż-​żgħażagħ—Għala? X’jistaʼ jgħinhom?
    Stenbaħ!—2017
  • Għajnuna Mingħand ‘l-Alla tal-Faraġ’
    Stenbaħ!—2009
  • Kif Tistaʼ Tikkumbatti Sentimenti Negattivi?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • 3 | Eżempji mill-Bibbja li Jistgħu Jgħinuk
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2023
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2023
wp23 Nru. 1 pp. 8-9
Raġel kbir fl-età qed jaħseb fuq dak li qara mill-Bibbja.

2 | Il-Bibbja Tagħtik Kuraġġ

IL-BIBBJA TGĦID: “Kulma nkiteb minn qabel inkiteb għall-istruzzjoni tagħna, biex permezz tas-sabar tagħna u permezz tal-faraġ mill-Iskrittura jkollna t-tama.” —RUMANI 15:4.

Dan Xi Jfisser?

Il-Bibbja ssaħħaħna bi ħsibijiet sbieħ li jgħinuna meta nibdew naħsbu b’mod negattiv. Ukoll, tagħtina tama li dalwaqt mhux se jkun hemm iżjed uġigħ emozzjonali.

Dan Kif Jistaʼ Jgħinna?

Kultant, kulħadd iħossu mdejjaq u anzjuż. Imma dawk li jbatu bid-dipressjoni jew bl-anzjetà jaf kuljum ikollhom jiġġieldu mal-emozzjonijiet tagħhom. Il-Bibbja kif tistaʼ tgħinna?

  • Il-Bibbja tagħtina ħafna affarijiet pożittivi biex naħsbu fuqhom li jistgħu jbiddlu l-ħsibijiet negattivi li jkollna. (Filippin 4:8) Tgħinna naħsbu fuq ħsibijiet li jinkuraġġuna, jikkalmawna, u li jgħinuna nikkontrollaw l-emozzjonijiet tagħna.—Salm 94:18, 19.

  • Il-Bibbja tistaʼ tgħinna biex nieqfu naħsbu li aħna ma niswew għal xejn.—Luqa 12:6, 7.

  • Ħafna rakkonti fil-Bibbja jgħinuna nkunu ċerti li m’aħniex waħedna u li Alla, il-wieħed li ħalaqna, jifhem eżatt kif inħossuna.—Salm 34:18; 1 Ġwanni 3:19, 20.

  • Il-Bibbja twegħedna li Alla se jneħħi l-memorji koroh li għandna. (Isaija 65:17; Rivelazzjoni 21:4) Meta nbatu emozzjonalment u jkollna ħsibijiet koroh minħabba dak li nkunu għaddejjin minnu, din il-wegħda tistaʼ tagħtina s-saħħa biex nibqgħu għaddejjin.

Kif il-Bibbja Qed Tgħin lil Jessica

Kif Taffettwani d-Dipressjoni

Jessica rieqda bil-Bibbja miftuħa f’idha.

“Meta kelli 25 sena, kelli nervous breakdown u f’daqqa waħda ma stajtx illaħħaq mar-rutina tiegħi. It-tobba sabu li kont qed inbati minn dipressjoni qawwija. F’salt kienu jiġuni memorji koroh mill-passat. It-tobba għenuni nifhem li d-dipressjoni li kelli kienet ġejja minħabba l-ħsibijiet negattivi tal-affarijiet koroh li ġrawli f’ħajti. Apparti l-mediċina li kelli bżonn, kelli bżonn ukoll nitkellem maʼ speċjalista biex jgħinni nifhem u nikkoreġi l-mod kif naħseb.”

Kif Tgħinni l-Bibbja

“Fl-agħar żmien tad-dipressjoni tiegħi, batejt b’panic attacks, anzjetà qawwija, u ma kontx inkun nistaʼ norqod. Spiss, billejl kont nhewden fuq ħsibijiet li ma kontx nistaʼ nikkontrolla. Bħalma juri Salm 94:19, Alla jistaʼ jgħinna u jikkalmana meta nħossuna anzjużi ħafna. Allura, maġenb is-sodda kont inżomm il-Bibbja u n-notebook bil-versi li kienu jinkuraġġuni. Meta ma kontx nistaʼ norqod, kont naqra xi versi mill-Bibbja, u b’hekk inħalli l-ħsibijiet t’Alla jgħinuni u jikkalmawni.

“Il-Bibbja tgħidilna biex inbiddlu l-ħsibijiet negattivi tagħna maʼ ħsibijiet sbieħ dwar Alla. Qabel, jien kont ċerta li ħadd ma jħobbni u li ma niswa għal xejn. Imma mill-Bibbja tgħallimt li dan mhux vera, għax tispjega li Alla hu Missier li jħobbna, jifhimna, u li jimpurtah minn kull wieħed u waħda minna. Bil-mod il-mod, bdejt nikkontrolla l-ħsibijiet tiegħi minflok ma nħallihom jikkontrollawni. Tgħallimt nara lili nnifsi kif jarani Alla. Dan kien pass importanti biex ma nibqax naħseb b’mod negattiv dwari nnifsi.

“Inħares ’il quddiem meta l-memorji koroh u l-ħsibijiet negattivi kollha se jispiċċaw. Jien naf li fil-futur mhux se jkun hemm iżjed problemi taʼ saħħa mentali. Dan jgħinni nkampa bħalissa u nħares ’il quddiem għall-futur, meta mhux se nbati iżjed bid-dipressjoni.”

Għal Iżjed Għajnuna:

Aqra l-artiklu “Għajnuna Mingħand ‘l-Alla tal-Faraġ’” minn Stenbaħ! taʼ Ottubru-Diċembru 2009 minn jw.org.

Aqra l-ktieb tas-Salmi jew ismaʼ l-awdjo bl-Ingliż minn jw.org.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja