LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp23 Nru. 1 pp. 10-11
  • 3 | Eżempji mill-Bibbja li Jistgħu Jgħinuk

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • 3 | Eżempji mill-Bibbja li Jistgħu Jgħinuk
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2023
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Dan Xi Jfisser?
  • Dan Kif Jistaʼ Jgħinna?
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2004
  • 2 | Il-Bibbja Tagħtik Kuraġġ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2023
  • 4 | Il-Bibbja Tagħti Pariri li Jgħinuk
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2023
  • Xi ngħidu jekk għandi problema taʼ saħħa? (It-3 parti)
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2023
wp23 Nru. 1 pp. 10-11
Il-profeta Mosè anzjuż qed iħares lejn is-sema jitlob.

3 | Eżempji mill-Bibbja li Jistgħu Jgħinuk

IL-BIBBJA TITKELLEM DWAR . . . Irġiel u nisa leali li kellhom “sentimenti bħal tagħna.” —ĠAKBU 5:17.

Dan Xi Jfisser?

Il-Bibbja hi mimlija b’rakkonti taʼ rġiel u nisa li għaddew minn tipi differenti t’emozzjonijiet. Meta naqraw l-esperjenzi tagħhom, jaf insibu lil xi ħadd li nħossuna bħalu.

Dan Kif Jistaʼ Jgħinna?

Kollha kemm aħna nixtiequ li oħrajn jifhmuna. Imma dan hu iżjed importanti meta nkunu qed inbatu b’saħħa mentali. Meta naqraw il-Bibbja, se nitgħallmu dwar nies li ħasbu u ħassewhom bħalna. B’hekk, meta naraw minn xiex għaddew oħrajn, mhux se nħossuna daqshekk waħedna meta nkunu mdejqin u anzjużi.

  • Il-Bibbja fiha ħafna versi taʼ wħud li ħassewhom ma jiswew għal xejn u dipressi. Ġieli ħassejtek li ma tiflaħx għal iktar f’ħajtek? Mosè, Elija, u David hekk ħassewhom.—Numri 11:14; 1 Slaten 19:4; Salm 55:4.

  • Il-Bibbja titkellem fuq mara jisimha Ħanna, li kienet “iddisprata ħafna” għax ma setax ikollha tfal u għax kienet toqgħod taqbad magħha l-mara l-oħra tar-raġel tagħha.—1 Samwel 1:6, 10.

  • Fil-Bibbja, raġel jismu Ġob għadda minn affarijiet li nistgħu ngħaddu minnhom aħna. Għalkemm kien raġel li kellu fidi b’saħħitha f’Ġeħova, meta kien għaddej minn dwejjaq u tbatija kbira, hu qal: “Ħajti nobgħodha; xbajt ngħix.”—Ġob 7:16.

Meta nitgħallmu kif dawn il-karattri mill-Bibbja rnexxielhom jiġġieldu kontra dawn il-ħsibijiet negattivi, aħna wkoll se jkollna s-saħħa li hemm bżonn biex inkampaw.

Kif il-Bibbja Qed Tgħin lil Kevin

Kif Taffettwani l-Bipolar

Kevin jieħu kafè maʼ żewġt iħbieb.

“Meta kelli kważi ħamsin sena, it-tobba sabu li kelli l-bipolar. Ikun hemm mumenti li nħoss li nistaʼ nagħmel kollox u li ħadd ma jistaʼ jwaqqafni. Imma mbagħad ikun hemm mumenti li nħossni li lanqas irrid nibqaʼ ngħix.”

Kif Tgħinni l-Bibbja

“Raġel li jissemma fil-Bibbja u li nistaʼ nifhmu hu l-appostlu Pietru. Hu għamel żbalji li ġegħluh iħossu li ma jiswa għal xejn. Imma minflok ma baqaʼ jaħseb hekk, Pietru fittex ħbieb li kienu jħobbuh. Meta jkolli ġurnata ħażina minħabba l-bipolar, l-iżbalji tiegħi jimlewni bl-anzjetà u nħossni li ma niswa għal xejn. Bħal Pietru, sibt tajjeb li nibqaʼ close mal-ħbieb li jgħinuni ma naqtax qalbi.

“Raġel ieħor mill-Bibbja li jinkuraġġini ħafna hu r-Re David. Hu kemm-il darba ħassu dipress minħabba s-sitwazzjoni tiegħu u anki kien jiddispjaċih minħabba l-iżbalji li kien għamel qabel. Jien nistaʼ nifhmu għax kultant ngħid jew nagħmel affarijiet li wara jiddispjaċini. Jien insib il-kliem taʼ David f’​Salm 51 inkuraġġanti. Fil-vers 3, David qal: ‘Jien naf sew li dnibt, u d-dnub tiegħi qiegħed fuq moħħi l-ħin kollu.’ Dan hu eżatt kif inħossni jien meta nkun dipress ħafna, għax insibha diffiċli biex naħseb b’mod pożittiv dwari nnifsi. Imma nħossni wkoll l-istess bħalma qal David fil-vers 10: ‘Alla tiegħi, għinni biex ikolli xewqat tajbin, u ibdel il-mod taʼ kif naħseb, ħalli nkun leali lejk.’ Lil Alla nitolbu l-istess, biex jgħinni nħossni aħjar. U l-vers 17 vera jinkuraġġini, għax jgħid: ‘Alla tiegħi, int ma tirrifjutax qalb maqsuma u umli.’ Dan il-vers ifakkarni li Alla vera jħobbni.

“Meta naħseb fuq l-eżempji tal-Bibbja u dak kollu li Alla qed jagħtini bħalissa, insaħħaħ it-tama tiegħi għall-futur. Dawn jgħinuni niffoka fuq il-wegħdi tal-Bibbja li jien ċert li se jiġru u biex ma naqtax qalbi.”

Għal Iżjed Għajnuna:

Aqra l-artiklu “X’għandek tkun taf dwar id-diżordnijiet mentali” minn Stenbaħ! taʼ Jannar-Frar 2015 minn jw.org.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja