LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp23 Nru. 1 pp. 12-13
  • 4 | Il-Bibbja Tagħti Pariri li Jgħinuk

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • 4 | Il-Bibbja Tagħti Pariri li Jgħinuk
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2023
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Dan Xi Jfisser?
  • Dan Kif Jistaʼ Jgħinna?
  • Kif il-Pariri Tajbin tal-Bibbja Qed Jgħinu lil Dawk li Qed Ibatu
  • Kif Tkampa ma’ Problema taʼ Saħħa li Ma Kontx Qed Tistennieha
    Iktar Suġġetti
  • Problema Kbira taʼ Saħħa Mentali Madwar id-Dinja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2023
  • X’għandek tkun taf dwar id-diżordnijiet mentali
    Stenbaħ!—2015
  • 3 | Eżempji mill-Bibbja li Jistgħu Jgħinuk
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2023
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2023
wp23 Nru. 1 pp. 12-13
Mara ferħana qed issuq rota.

4 | Il-Bibbja Tagħti Pariri li Jgħinuk

IL-BIBBJA TGĦID: ‘L-Iskrittura kollha . . . se tgħinna.’—2 TIMOTJU 3:16.

Dan Xi Jfisser?

Il-Bibbja mhijiex ktieb dwar is-saħħa. Imma fiha pariri li jistgħu jgħinu lil xi ħadd li qed ibati b’saħħa mentali. Ara xi eżempji.

Dan Kif Jistaʼ Jgħinna?

“Dawk li huma f’saħħithom m’għandhomx bżonn tabib, imma dawk li huma morda iva.”—MATTEW 9:12.

Il-Bibbja turi li kultant ikollna nfittxu għajnuna professjonali. Ħafna nies li jbatu b’saħħa mentali sabuha t’għajnuna li jitgħallmu kemm jistgħu dwar il-problema tagħhom u li jmorru għand tabib.

“L-eżerċizzju hu tajjeb għal ġismek.”—1 TIMOTJU 4:8, Contemporary English Version.

Meta tagħmel affarijiet biex ikollok saħħa fiżika aħjar, jistaʼ jgħinek biex ikollok saħħa mentali aħjar. Dan jistaʼ jinkludi li tagħmel eżerċizzju b’mod regolari, tiekol healthy, u torqod biżżejjed.

“Qalb ferriħija tajba biex tfejjaq, imma spirtu mdejjaq inixxef l-għadam.”—PROVERBJI 17:22.

Meta taqra rakkonti mill-Bibbja li jagħtuk kuraġġ u tagħmel miri raġonevoli għalik, hemm ċans li tħossok iktar ferħan. Jekk tiffoka fuq it-tajjeb u żżomm f’moħħok li l-affarijiet se jmorru għall-aħjar, int tistaʼ tkampa mal-problema taʼ saħħa mentali.

“L-għerf hu mal-modesti,” jiġifieri maʼ dawk li jafu l-limitazzjonijiet tagħhom.—PROVERBJI 11:2.

Jaf tinduna li mhux qed jirnexxilek tagħmel kulma trid tagħmel waħdek, allura tiddejjaqx taċċetta l-għajnuna. Aktarx tal-familja u l-ħbieb iridu jgħinuk imma ma jafux kif. Allura għidilhom x’inhu l-iktar li għandek bżonn. Tistenniex iżżejjed minnhom, u dejjem irringrazzjahom għal li jagħmlulek.

Kif il-Pariri Tajbin tal-Bibbja Qed Jgħinu lil Dawk li Qed Ibatu

“Ħassejt li xi ħaġa ma kinitx sew. Allura kellimt lit-tabiba u sabet x’inhi l-kundizzjoni tiegħi. Dan għenni naċċetta s-sitwazzjoni tiegħi u nsir naf liema mediċina u kura tistaʼ tgħinni.”—Nicole,a li tbati bil-bipolar.

Mara qed titkellem maʼ speċjalista.

“Sibt li meta nibda l-ġurnata naqra l-Bibbja mal-mara tiegħi, jgħinni naħseb pożittiv. U spiss fi ġranet diffiċli nsib vers li jmissli qalbi.”—Peter, li jbati bid-dipressjoni.

“Kien diffiċli għalija ngħid lil oħrajn minn xiex għaddejja. Imma ħabiba kbira qagħdet tismagħni u vera provat tifhem kif qed inħossni. Vera għenitni nħossni aħjar u ma bqajtx inħossni waħdi.”—Ji-yoo, li tbati b’eating disorder.

“Il-Bibbja għenitni biex insib bilanċ tajjeb f’ħajti, norqod biżżejjed, u ma naħdimx iżżejjed. Il-pariri tagħha għenuni nkampa mal-problemi emozzjonali li kont qed niffaċċja.”—Timothy, li jbati bl-OCD.

a Xi ismijiet ġew mibdulin.

Il-vidjow “Tistaʼ Terġaʼ Tħossok Ferħan!”
Għal Iżjed Għajnuna:

Ara l-vidjow Tistaʼ Terġaʼ Tħossok Ferħan! minn jw.org.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja