LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp24 Nru. 1 pp. 14-15
  • X’Inhu Tajjeb u Ħażin: Deċiżjoni li Għandek Tieħu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Inhu Tajjeb u Ħażin: Deċiżjoni li Għandek Tieħu
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2024
  • Materjal Simili
  • Dak li Tgħid il-Bibbja Dwar X’Inhu Tajjeb u Ħażin Għadu Jgħodd?
    Iktar Suġġetti
  • Aqdi lil Ġeħova Skond il-Livelli Għoljin Tiegħu
    Għix bil-Jum taʼ Ġeħova f’Moħħok
  • In-Nies taʼ Ġeħova Jħobbu s-Sewwa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Il-Livelli taʼ Min Tistaʼ Tafda?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2024
wp24 Nru. 1 pp. 14-15
Iż-żagħżugħ li deher fl-artikli taʼ qabel jidher ferħan għax irnexxielu jitlaʼ fuq il-quċċata tal-muntanja.

X’Inhu Tajjeb u Ħażin: Deċiżjoni li Għandek Tieħu

Kif nagħżlu li ngħixu ħajjitna se jeffettwa jekk inkunux ferħanin jew le. Alla Ġeħova jafu dan, u għalhekk iridna nobdu dak li tgħid il-Bibbja.

Ġeħova jridna nkunu ferħanin u jkollna l-paċi f’ħajjitna.

“Jien, Ġeħova, jien Alla tiegħek, li ngħallmek għall-ġid tiegħek, li mmexxik fit-triq li għandek timxi. O li kieku fil-fatt tagħti kas il-kmandamenti tiegħi! Imbagħad il-paċi tiegħek tkun bħal xmara, u s-sewwa tiegħek bħall-mewġ tal-baħar.”—Isaija 48:​17, 18.

Bħala l-Ħallieq tagħna, Alla jaf l-aħjar mod kif nistgħu ngħixu ħajjitna. Hu jridna nobdu l-gwida li jagħtina għax se jkun għall-ġid tagħna. Meta nobdu dak li jgħidilna hu, mhux se niddubitaw jekk ħadniex deċiżjoni tajba. Aħna dejjem se nagħżlu li nagħmlu dak li hu tajjeb, u b’hekk se nkunu ferħanin u jkollna l-paċi.

Ġeħova qatt ma jgħidilna biex nagħmlu xi ħaġa li ma nistgħux nagħmlu.

“Dan il-kmandament li qed nikkmandak illum la hu diffiċli wisq għalik, u lanqas mhu ’l bogħod minnek.”—Dewteronomju 30:11.

Biex ngħixu ħajjitna kif irid Alla, jaf ikollna bżonn inbiddlu l-mod kif naħsbu u naġixxu. Imma Ġeħova mhux qed jitlob ħafna minna. Bħala l-Ħallieq tagħna hu jaf x’kapaċi nagħmlu u meta nsiru nafuh se naraw li “l-kmandamenti tiegħu m’humiex tqal.”—1 Ġwanni 5:3.

Tnejn mix-Xhieda taʼ Ġeħova qed jagħmlu studju lil mara u qed jużaw il-ktieb “Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!”

Ġeħova jwiegħed li se jgħin lil dawk li jagħżlu li jgħixu ħajjithom kif jixtieq hu.

“Jien, Ġeħova Alla tiegħek, qed naqbdek minn idek il-leminija u ngħidlek, ‘Tibżax. Jien stess ngħinek.’”—Isaija 41:13.

Aħna nistgħu ngħixu ħajja li togħġob lil Alla. Hu jgħinna nagħmlu dan permezz tal-Kelma tiegħu, il-Bibbja, li tinkuraġġina u tagħtina tama għall-futur.

Miljuni taʼ nies minn madwar id-dinja sabu li ħajjithom marret għall-aħjar meta bdew jgħixu skont dak li tgħid il-Bibbja. Titħajjar titgħallem iktar dwar il-pariri tajbin li nsibu fil-Bibbja? Tistaʼ tagħmel dan permezz tal-browxer Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! Dan hu bbażat fuq il-Bibbja u tistaʼ ssibu b’xejn fuq jw.org. Fih se ssib dawn il-lezzjonijiet:

  • Kif Tistaʼ Tgħinek il-Bibbja?

  • Il-Bibbja Twegħedna Futur Sabiħ

  • Taʼ Min Joqgħod Fuqha l-Bibbja?

Meta tfittex sew fil-Kelma t’Alla, il-Bibbja, se tiskopri li din għadha tgħodd għal żmienna. Il-Bibbja hi ‘dejjem taʼ min joqgħod fuqha, issa u għal dejjem.’ (Salm 111:8) Meta ngħixu ħajjitna kif irid Alla se ngawdu l-isbaħ ħajja. Però, Alla mhux se jisforzana. (Dewteronomju 30:​19, 20; Ġożwè 24:15) Din hi għażla li kull wieħed u waħda minna jrid jagħmel.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja