LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w25 Settembru p. 32
  • Ġesù “Tgħallem X’Jiġifieri Jobdi”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġesù “Tgħallem X’Jiġifieri Jobdi”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • Materjal Simili
  • “Tgħallem l-Ubbidjenza”
    “Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”
  • Għandek Int “Qalb Ubbidjenti”?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • L-Ubbidjenza Lezzjoni Importanti mit-Tfulija?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Ġeħova Jgħożż l-Ubbidjenza Tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
w25 Settembru p. 32

FRAŻI MILL-BIBBJA

Ġesù “Tgħallem X’Jiġifieri Jobdi”

Ġesù dejjem obda lil Ġeħova. (Ġw. 8:29) Allura, il-Bibbja għala tgħid: “Hu tgħallem x’jiġifieri jobdi mit-tbatija li għadda minnha”?—Lhud 5:8.

Meta kien fuq l-art, Ġesù esperjenza affarijiet li qatt ma kien esperjenza qabel fis-sema. Pereżempju, hu trabba minn ġenituri li kienu jħobbu lil Ġeħova, imma kienu imperfetti. (Luqa 2:51) Hu ġie trattat ħażin minn mexxejja reliġjużi korrotti u uffiċjali għoljin inġusti. (Mat. 26:59; Mrk. 15:15) U miet mewta taʼ wġigħ kbir. Il-Bibbja tgħid li “hu umilja lilu nnifsu u kien ubbidjenti sal-mewt.”—Flp. 2:8.

B’dawn l-affarijiet Ġesù tgħallem x’jiġifieri jobdi b’modi ġodda li qatt ma kien tgħallem qabel fis-sema. Għalhekk, hu setaʼ jsir l-aqwa Re u Qassis il-Kbir li vera jistaʼ jifhimna. (Lhud 4:15; 5:9) Wara li “tgħallem x’jiġifieri jobdi mit-tbatija li għadda minnha,” Ġesù sar iktar prezzjuż għal Ġeħova u wrieh li jistaʼ jużah iktar. Anki aħna, meta nibqgħu ubbidjenti minkejja ċirkustanzi diffiċli, insiru iktar prezzjużi għal Ġeħova u nuruh li jistaʼ jużana fi kwalunkwe inkarigu.—Ġak. 1:4.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja