LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w25 Ottubru pp. 30-31
  • Żewġ Membri Ġodda tal-Ġemgħa li Tiggverna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żewġ Membri Ġodda tal-Ġemgħa li Tiggverna
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • Materjal Simili
  • Żewġ Membri Ġodda tal-Ġemgħa li Tiggverna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • X’inhi l-Ġemgħa li Tiggverna tax-Xhieda taʼ Ġeħova?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Membru ġdid tal-Ġemgħa li Tiggverna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Membri Ġodda tal-Ġemgħa li Tiggverna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
w25 Ottubru pp. 30-31

Żewġ Membri Ġodda tal-Ġemgħa li Tiggverna

FIL-5 T’OTTUBRU 2024, fil-laqgħa annwali tax-Xhieda taʼ Ġeħova sar avviż speċjali: Ħuna Jody Jedele u Jacob Rumph bdew jaqdu bħala membri tal-Ġemgħa li Tiggverna tax-Xhieda taʼ Ġeħova. Dawn iż-żewġ aħwa ilhom ħafna snin jaqdu lealment lil Ġeħova.

Jody Jedele u l-mara tiegħu, Damaris

Ħuna Jedele twieled f’Missouri, l-Istati Uniti u trabba fil-verità. Il-familja tiegħu kienu jgħixu f’territorju fejn kien hemm ftit Xhieda taʼ Ġeħova. Minħabba f’hekk, hu ltaqaʼ maʼ ħafna aħwa minn backgrounds differenti li kienu jmorru biex jippritkaw l-aħbar tajba. L-imħabba u l-unità tagħhom vera għamlet effett kbir fuqu. Hu tgħammed meta kien żagħżugħ, fil-15 t’Ottubru tal-1983. Hu kien jieħu pjaċir jipprietka, u meta spiċċa l-iskola sekondarja f’Settembru tal-1989, beda jaqdi bħala pijunier regulari.Meta Ħuna Jedele kien żgħir, il-ġenituri tiegħu kienu jieħdu lilu u lil oħtu jżuru Betel. Dan għenhom biex ikabbru x-xewqa li xi darba jaqdu f’Betel, u t-tnejn li huma rnexxielhom jilħqu din il-mira. Ħuna Jedele beda jaqdi f’Betel taʼ Wallkill f’Settembru tal-1990. Għall-ewwel kien jaħdem fid-Dipartiment tat-Tindif u iktar tard fis-Servizzi għall-Kura Medika, li hu dipartiment li jieħu ħsieb il-bżonnijiet tal-Beteliti f’affarijiet taʼ saħħa.F’dak iż-żmien, il-kongregazzjonijiet tal-lingwa Spanjola bdew jiżdiedu u kellhom bżonn l-aħwa rġiel. Allura Ħuna Jedele beda jaqdi f’waħda minnhom u beda jitgħallem l-Ispanjol. Ftit wara, iltaqaʼ maʼ Damaris, oħt li kienet pijuniera fl-istess circuit. Maż-żmien, huma żżewġu u Damaris bdiet taqdi miegħu f’Betel.

Fl-2005, biex jieħdu ħsieb lill-ġenituri tagħhom, Ħuna u Oħtna Jedele waqfu jaqdu f’Betel. Matul dak iż-żmien, kienu jaqdu bħala pijunieri regulari. Ħuna Jedele kien wieħed mill-għalliema fl-Iskola tal-Pijunieri, qeda fil-Kumitat taʼ Koordinazzjoni mal-Isptarijiet u fil-Kumitat Reġjonali tal-Bini.

Fl-2013, reġgħu ġew mistidnin f’Betel biex jgħinu fil-proġett taʼ kostruzzjoni taʼ Warwick. Minn dakinhar, huma qdew f’Patterson u f’Wallkill. Ħuna Jedele ħadem fid-Dipartiment Lokali tal-Ippjanar u l-Kostruzzjoni u fis-Servizzi taʼ Informazzjoni għall-Isptarijiet. Imbagħad f’Marzu tal-2023, beda jaqdi bħala ajjutant għall-Kumitat tas-Servizz. Meta jaħseb dwar l-inkarigi kollha li kellu, hu jgħid: “Meta tirċievi inkarigi ġodda, tistaʼ tibżaʼ. Imma hemmhekk trid tiftakar li għandek tistrieħ fuq Ġeħova għax hu se jgħinek issir dak li jrid hu.”

Jacob Rumph u l-mara tiegħu, Inga

Ħuna Rumph twieled f’Kalifornja, l-Istati Uniti. Meta kien tifel, ommu kienet saret inattiva, jiġifieri waqfet tipprietka u tattendi l-laqgħat, imma xorta kienet tipprova tgħallmu l-veritajiet tal-Bibbja. Ukoll, kull sena kien imur jara n-nanna tiegħu, Xhud leali. Hi għenitu jkun irid isir jaf il-verità, u meta kellu 13-il sena, staqsa għal studju tal-Bibbja. Fis-27 taʼ Settembru 1992, meta kien żagħżugħ, hu tgħammed. Imbagħad b’ferħ ommu reġgħet bdiet tipprietka u tattendi l-laqgħat, u missieru u ħutu bdew jagħmlu progress u tgħammdu.

Meta kien qed jikber, Ħuna Rumph kien jinnota kemm kienu ferħanin il-pijunieri. Allura wara li spiċċa l-iskola sekondarja, f’Settembru tal-1995, beda jaqdi bħala pijunier. Imbagħad fis-sena 2000, mar jaqdi fl-Ekwador fejn kien hemm bżonn taʼ iktar pubblikaturi. Hemmhekk hu ltaqaʼ maʼ Inga, oħt pijuniera mill-Kanada, u maż-żmien iżżewġu. Wara li żżewġu bdew jaqdu f’raħal fl-Ekwador, li kien fih grupp żgħir taʼ pubblikaturi. Illum dan il-grupp sar kongregazzjoni b’saħħitha.

Imbagħad, Ħuna u Oħtna Rumph ġew inkarigati bħala pijunieri speċjali u iktar tard anki għamlu x-xogħol tas-circuit. Fl-2011, ġew mistidnin għall-132 klassi taʼ Gilegħad. Wara li ggradwaw, huma qdew f’ħames pajjiżi differenti u kellhom inkarigi differenti fl-organizzazzjoni taʼ Ġeħova. Huma qdew bħala Beteliti, bħala missjunarji, u anki fix-xogħol tas-circuit. Ħuna Rumph anki kellu l-privileġġ li jgħallem fl-Iskola għall-Evanġelizzaturi tas-Saltna.

Minħabba l-pandemija tal-COVID-19, Ħuna u Oħtna Rumph kellhom imorru lura l-Istati Uniti. Hemmhekk ġew mistidnin fil-Betel taʼ Wallkill, fejn hu rċieva trejning fid-Dipartiment tas-Servizz. Eventwalment, huma reġgħu marru lura fil-fergħa tal-Ekwador, fejn Ħuna Rumph qeda bħala membru tal-Kumitat tal-Fergħa. Imbagħad fl-2023 bagħtuhom Warwick. Is-sena taʼ wara f’Jannar, Ħuna Rumph beda jaqdi bħala ajjutant għall-Kumitat tas-Servizz. Meta jaħseb fl-inkarigi li kellu, hu jgħid, “Mhux il-post fejn taqdi li jagħmel l-inkarigu speċjali imma n-nies li taqdi magħhom.”

Aħna napprezzaw ix-xogħol iebes taʼ dawn l-aħwa, u nixtiequ nkomplu nuruhom li ‘huma għeżież għalina.’—Flp. 2:29.

Issa l-Ġemgħa li Tiggverna fiha 11-il ħu mill-magħżulin: Kenneth Cook, Jr.; Gage Fleegle; Samuel Herd; Geoffrey Jackson; Jody Jedele; Stephen Lett; Gerrit Lösch; Jacob Rumph; Mark Sanderson; David Splane; u Jeffrey Winder.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja