LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w25 Novembru p. 31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • Materjal Simili
  • Il-Ktieb tar-Rivelazzjoni X’Jgħid li Se Jiġrilhom l-Għedewwa t’Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Tibżgħux mill-bhejjem tal-biżaʼ
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2019
  • Ġeħova Jirrivela “Dak li Jrid Iseħħ Dalwaqt”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
w25 Novembru p. 31

Mistoqsijiet mill-Qarrejja

X’inhu l-“ħsieb” li Ġeħova se jdaħħal f’moħħ il-mexxejja tad-dinja dalwaqt?

Dwar kif se jibda ż-żmien taʼ tbatija kbira, Rivelazzjoni 17:​16, 17 jgħid: “L-għaxart iqrun u l-bhima salvaġġa li rajt, se jobogħdu l-prostituta, jiħdulha kulma għandha, ineżżgħuha, jiklulha laħamha, u jaħarquha għalkollox bin-nar. Għax Alla daħħlilhom f’moħħhom biex jagħmlu dak li jrid hu, jiġifieri li jagħmlu skont l-istess ħsieb li kellhom, billi jagħtu s-saltna tagħhom lill-bhima salvaġġa.” Fil-passat, il-pubblikazzjonijiet tagħna qalu li l-“ħsieb” li Ġeħova se jdaħħal f’moħħ il-mexxejja tad-dinja hu li jeqirdu r-reliġjon falza.

Però, hemm bżonn li ssir bidla f’kif nifhmu dawn il-versi. Il-“ħsieb” li Ġeħova se jdaħħal f’moħħ il-mexxejja tad-dinja hu li “jagħtu s-saltna tagħhom lill-bhima salvaġġa.” Biex nifhmu kif se jiġri dan, se nwieġbu l-mistoqsijiet li ġejjin.

Il-profezija lil min qed issemmi? “Il-prostituta,” li tissejjaħ ukoll “Babilonja l-Kbira,” tirrappreżenta r-reliġjonijiet foloz kollha tad-dinja. Il-“bhima salvaġġa li l-kulur tagħha kien aħmar jgħajjat” tirrappreżenta lill-Ġnus Magħquda. Din l-organizzazzjoni bdiet fl-1919, bl-isem Lega tan-Nazzjonijiet, bl-iskop li żżomm il-paċi mad-dinja kollha. (Riv. 17:​3-5) “L-għaxart iqrun” jirrappreżentaw il-gvernijiet kollha li jissapportjaw lill-bhima salvaġġa.

X’inhi r-relazzjoni taʼ bejn il-prostituta u l-bhima salvaġġa li l-kulur tagħha kien aħmar jgħajjat? Il-prostituta qiegħda “bilqiegħda fuq” il-bhima salvaġġa. Dan ifisser li tissapportjaha u tipprova tikkontrollaha.

X’ħa jiġrilha l-prostituta? Il-bhima salvaġġa u l-għaxart iqrun “se jobogħdu l-prostituta,” tant li se jiħdulha kulma għandha u se juru lil kulħadd kemm hi kattiva. U mbagħad se jeqirduha, eżatt bħalma qal li se jiġrilha Ġeħova. (Riv. 17:1; 18:8) Dan hu kif se jinqerdu r-reliġjonijiet foloz kollha. Però, qabel jiġri dan, Ġeħova se jġiegħel lill-mexxejja tad-dinja jagħmlu xi ħaġa li qatt ma għamlu qabel.

Ġeħova x’se jġegħelhom jagħmlu lill-mexxejja tad-dinja? Hu se jġiegħel lill-mexxejja tad-dinja “jagħmlu dak li jrid hu,” jiġifieri “se jagħtu l-qawwa u l-awtorità tagħhom lill-bhima salvaġġa [li l-kulur tagħha kien aħmar jgħajjat]”—il-Ġnus Magħquda. (Riv. 17:13) Aħseb dwar xi jfisser dan. Dan ifisser li mhux se tkun l-idea tal-mexxejja li jagħtu l-qawwa u l-awtorità tagħhom lill-bhima salvaġġa. Il-profezija turi li Alla stess se jġegħelhom jagħmlu dan. (Prov. 21:1; ara l-prinċipju f’​Isaija 44:28.) Din il-bidla mhux se tiġri bil-mod. Din il-bidla se tiġri f’daqqa. Imbagħad il-bhima salvaġġa se tagħmel dak li jrid Ġeħova billi teqred kompletament lir-reliġjonijiet foloz kollha.

X’għandna nistennew li se jiġri fil-futur? M’għandniex nistennew li naraw rapporti fuq l-aħbarijiet li l-gvernijiet bil-mod il-mod qed jissapportjaw iktar lill-Ġnus Magħquda. Minflok, għandna nistennew li f’daqqa waħda Ġeħova se jġiegħel lill-mexxejja tad-dinja kollha jagħtu l-qawwa tagħhom lill-Ġnus Magħquda. Meta dan jiġri, se nkunu nafu li ż-żmien taʼ tbatija kbira dalwaqt se jibda. Sadanittant, ejja “nibqgħu mqajmin u f’sensina” għax dalwaqt ġejjin bidliet f’daqqa!—1 Tes. 5:6.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja