LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 176
  • Il-​Bibbja X’Tgħid Dwar il-​Pandemiji?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-​Bibbja X’Tgħid Dwar il-​Pandemiji?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-​tweġiba tal-​Bibbja
  • Il-​Bibbja bassret li kien se jkun hemm pandemiji?
  • Alla ġieli kkastiga lin-​nies bil-​mard?
  • Il-​pandemiji tal-​lum huma kastig mingħand Alla?
  • Qatt se neħilsu mill-​pandemiji?
  • Versi mill-​Bibbja dwar il-​mard
  • Għandna Bżonn Dinja Aħjar!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2021
  • 6 Miljun Persuna Mietu bil-COVID—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • L-Ekonomija Qatt Se Tkun Tajba għal Kulħadd?
    Iktar Suġġetti
  • It-tbatija—Hi kastig mingħand Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2018
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 176
Dehra tad-​dinja li turi t-​tixrid tal-​mard fil-​pajjiżi.

Il-​Bibbja X’Tgħid Dwar il-​Pandemiji?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

Il-​Bibbja bassret li matul l-​aħħar jiem kien se jkun hemm mard li jittieħed, inkluż il-​pandemiji. (Luqa 21:11) Pandemiji bħal dawn mhumiex kastig mingħand Alla. Fil-​fatt, permezz tas-​Saltna tiegħu, Alla dalwaqt se jġib fi tmiem il-​problemi taʼ saħħa kollha, inkluż il-​pandemiji.

  • Il-​Bibbja bassret li kien se jkun hemm pandemiji?

  • Alla ġieli kkastiga lin-​nies bil-​mard?

  • Il-​pandemiji tal-​lum huma kastig mingħand Alla?

  • Qatt se neħilsu mill-​pandemiji?

  • Versi mill-​Bibbja dwar il-​mard

Il-​Bibbja bassret li kien se jkun hemm pandemiji?

Il-​Bibbja ma tbassarx pandemiji jew mard speċifiku, bħall-​COVID-​19, l-​AIDS, jew l-​influwenza Spanjola. Però tbassar “mard li jittieħed” u “mard li jġib il-​mewt.” (Luqa 21:11; Rivelazzjoni 6:8) Dawn il-​ġrajjiet jagħmlu parti mis-​sinjal tal-​“aħħar jiem,” magħrufin ukoll bħala l-​“konklużjoni tas-​sistema.”—2 Timotju 3:1; Mattew 24:3.

Alla ġieli kkastiga lin-​nies bil-​mard?

Fil-​Bibbja nsibu xi ftit rakkonti fejn Alla uża l-​mard biex jikkastiga lin-​nies. Pereżempju, hu ġiegħel li xi individwi jkollhom il-​ġdiem. (Numri 12:1-​16; 2 Slaten 5:20-​27; 2 Kronaki 26:16-​21) Madankollu, dawn l-​inċidenti iżolati ma xterdux fuq nies innoċenti. Pjuttost, ġrajjiet bħal dawn kienu ġudizzji speċifiċi fuq individwi li b’mod ċar kienu rribellaw kontra Alla.

Il-​pandemiji tal-​lum huma kastig mingħand Alla?

Le. Xi nies jemmnu li Alla qed juża l-​pandemiji u mard ieħor biex jikkastiga lin-​nies illum. Però, dan mhux appoġġat mill-​Bibbja. Għala le?

L-​ewwel nett, xi qaddejja t’Alla, kemm tal-​passat u kemm tal-​preżent, mardu. Pereżempju, ir-​raġel leali Timotju spiss marad. (1 Timotju 5:23) Imma l-​Bibbja ma tgħidx li dan kien għaliex Timotju m’għoġobx lil Alla. Bl-​istess mod illum, xi qaddejja leali t’Alla jimirdu. Ħafna drabi, dawn l-​individwi sempliċement kienu fil-​post ħażin fil-​ħin ħażin.—Ekkleżjasti 9:11.

Iżjed minn hekk, il-​Bibbja tgħallem li għadu ma wasalx iż-​żmien għal Alla biex jikkastiga lill-​ħżiena. Minflok, aħna qed ngħixu “f’jum taʼ salvazzjoni”—jiġifieri, fi żmien meta Alla qed jistieden lill-​bnedmin kollha biex jersqu lejh u jsalvaw. (2 Korintin 6:2) Mod wieħed kif qed jistieden lin-​nies hu permezz taʼ xogħol taʼ ppritkar mad-​dinja kollha b’messaġġ pożittiv—“l-​aħbar tajba tas-​saltna.”—Mattew 24:14.

Qatt se neħilsu mill-​pandemiji?

Iva. Il-​Bibbja tbassar żmien fil-​futur qrib meta ħadd ma jkun marid. Taħt is-​Saltna tiegħu, Alla se jfejjaq il-​problemi kollha taʼ saħħa. (Isaija 33:24; 35:5, 6) Se jneħħi t-​tbatija, l-​uġigħ, u l-​mewt. (Rivelazzjoni 21:4) U se jerġaʼ jagħti lura l-​ħajja lil dawk li mietu biex hekk ikunu jistgħu jgawdu saħħa tajba fuq l-​art f’kundizzjonijiet perfetti.—Salm 37:29; Atti 24:15.

Versi mill-​Bibbja dwar il-​mard

Mattew 4:23: “[Ġesù] mar idur il-​Galilija kollha, jgħallem fis-​sinagogi tagħhom u jippriedka l-​aħbar tajba tas-​saltna u jfejjaq kull xorta taʼ mard u kull xorta taʼ nuqqas taʼ saħħa fost in-​nies.”

Xi Jfisser: Il-​mirakli taʼ Ġesù wrew fuq skala żgħira dak li s-​Saltna t’Alla se tagħmel dalwaqt għall-​bnedmin kollha.

Luqa 21:11: “Ikun hemm mard li jittieħed.”

Xi Jfisser: Il-​problemi taʼ saħħa madwar id-​dinja kollha huma parti mis-​sinjal tal-​aħħar jiem.

Rivelazzjoni 6:8: “Ara, żiemel aħdar safrani; u dak li kien riekeb fuqu kien jismu Mewt. U l-​Qabar kien ġej eżatt warajh. U ngħatatilhom l-​awtorità . . . biex joqtlu . . . b’mard li jġib il-​mewt.”

Xi Jfisser: Il-​profezija dwar l-​erbaʼ rikkieba taż-​żwiemel tal-​Apokalissi tindika li fi żmienna kien se jkun hemm il-​pandemiji.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja