LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mrt artiklu 36
  • L-Ekonomija Qatt Se Tkun Tajba għal Kulħadd?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Ekonomija Qatt Se Tkun Tajba għal Kulħadd?
  • Iktar Suġġetti
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Problemi ekonomiċi li se jsolvi Alla
  • Segwi l-Eżempju taʼ Ġesù u Ħu Interess fil-Foqra
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Il-Faqar—Insibu s-Soluzzjoni Dejjiema
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Għandhom il-Kristjani Jkunu Foqra?
    Stenbaħ!—2003
  • Dinja Mingħajr Faqar fil-Qrib
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
Iktar Suġġetti
mrt artiklu 36
Raġel qiegħed fejn djar taʼ nies foqra u jħares lejn appartamenti għoljin.

L-​Ekonomija Qatt Se Tkun Tajba għal Kulħadd?

F’ħafna pajjiżi, in-​nies qed jipprotestaw għax iħossu li l-​ekonomija mhix ġusta. Din is-​sitwazzjoni kompliet tmur għall-​agħar matul il-​pandemija tal-​COVID-​19, u dan ġiegħel lin-​nies iħossuhom imdejqin minħabba l-​lockdowns u n-​nuqqas taʼ ikel. In-​nuqqas t’għajnuna medika wriet b’mod ċar id-​differenza bejn is-​sinjuri u l-​fqar.

Qatt se jispiċċaw il-​problemi ekonomiċi li jikkaġunaw ħafna tbatija lin-​nies? Iva. Il-​Bibbja tispjega x’se jagħmel Alla biex isolvi l-​problemi li qed niffaċċjaw.

Problemi ekonomiċi li se jsolvi Alla

Il-​problema: Il-​bnedmin għadhom qatt ma ġabu ekonomija li hi tajba għal kulħadd.

Is-​soluzzjoni: Alla se jneħħi l-​gvernijiet umani u minflokhom jagħmel il-​gvern tiegħu li jissejjaħ is-​Saltna t’Alla. Dan il-​gvern se jmexxi mis-​sema għal fuq l-​art kollha.—Danjel 2:44; Mattew 6:10.

Ir-​riżultat: Minħabba li s-​Saltna t’Alla se tmexxi fuq l-​art kollha, l-​affarijiet se jitmexxew b’mod ġust. In-​nies mhux se jkunu foqra jew jibżgħu li mhux se jkollhom biżżejjed biex jgħixu. (Salm 9:7-​9, 18) Minflok, huma se jgawdu r-​riżultati tax-​xogħol tagħhom u se jkollhom ħajja sabiħa mal-​familji tagħhom. Il-​Bibbja twegħedna: “Se jibnu djar u jgħammru fihom; u jħawlu għelieqi bid-​dwieli u jieklu frotthom. Ma jibnux u jgħammar ħaddieħor; ma jħawlux u jiekol ħaddieħor.”—Isaija 65:21, 22.

Il-​problema: In-​nies ma jistgħux jevitaw sitwazzjonijiet li jikkaġunaw it-​tbatija u nuqqas t’affarijiet li jkollhom bżonn fil-​ħajja.

Is-​soluzzjoni: Permezz tas-​Saltna tiegħu, Alla se jneħħi l-​affarijiet li jġiegħlu n-​nies jinkwetaw u jibżgħu.

Ir-​riżultat: Taħt is-​Saltna t’Alla, in-​nies u l-​familji tagħhom mhux se jesperjenzaw affarijiet li bihom jitilfu dak li jkollhom bżonn biex jgħixu. Pereżempju, qatt iktar ma se jkun hemm gwerer, nuqqas t’ikel jew pandemiji. (Salm 46:9; 72:16; Isaija 33:24) Alla jgħid: “Il-​poplu tiegħi jgħammar f’postijiet taʼ paċi u f’residenzi mimlijin sigurtà u f’postijiet taʼ mistrieħ bla xkiel.”—Isaija 32:18.

Il-​problema: In-​nies li huma egoisti u dejjem iridu spiss jittrattaw ħażin lil nies oħrajn.

Is-​soluzzjoni: In-​nies li se jgħixu taħt is-​Saltna t’Alla se jitgħallmu kif iħobbu lill-​oħrajn iktar milli jħobbu lilhom infushom.—Mattew 22:37-​39.

Ir-​riżultat: Taħt is-​Saltna t’Alla, kulħadd se jimita l-​imħabba t’Alla li “ma tfittixx l-​interessi tagħha.” (1 Korintin 13:4, 5) Il-​Bibbja tgħid: “Ma se jagħmlu ebda ħsara jew ħerba fuq il-​muntanja qaddisa kollha tiegħi; għax l-​art se tkun mimlija bl-​għarfien taʼ Ġeħovaa bħalma l-​ilmijiet jiksu l-​baħar.”—Isaija 11:9.

Il-​Bibbja turi li aħna qed ngħixu fl-​aħħar żminijiet taʼ din id-​dinja u li Alla dalwaqt se jwettaq il-​wegħdi tiegħu. Hu se jneħħi l-​problemi ekonomiċi kollha.b (Salm 12:5) Imma qabel jiġri dan, il-​prinċipji tal-​Bibbja jistgħu jgħinuk tkampa mal-​problemi ekonomiċi li qed tiffaċċja. Pereżempju, ara l-​artikli “Kif Tgħaddi b’Inqas Flus” u “A Balanced View of Money.”

Ideat żbaljati dwar il-​Bibbja u l-​ekonomija

Idea żbaljata: Il-​faqar qatt mhu se jispiċċa għax Ġesù qal: “Il-​foqra dejjem magħkom.”—Mattew 26:11.

Fatt: Ġesù sempliċiment kien qed jgħid li f’din id-​dinja mimlija inġustizzja, se jkun hemm nies foqra. Però, il-​messaġġ taʼ Ġesù kien “aħbar tajba lill-​foqra.” Dan jinkludi l-​wegħda li s-​Saltna t’Alla se tneħħi l-​faqar kollu.—Luqa 4:18, 43.

Idea żbaljata: Biex jogħġbu lil Alla n-​nies iridu jkunu foqra għax Ġesù qal: “Mur bigħ dak li għandek u agħti lill-​foqra.”—Mattew 19:21.

Fatt: Permezz taʼ dan il-​kliem Ġesù ma kienx qed jgħid lid-​dixxipli tiegħu kif għandhom jgħixu. Hu kien qed jagħti parir lil żagħżugħ li l-​ġid li kellu kien qed iwaqqfu milli jaqdi lil Alla. Ġesù inkuraġġixxa liż-​żagħżugħ biex jgħix ħajja sempliċi u jaċċetta l-​istedina biex isir dixxiplu taʼ Ġesù.

Idea żbaljata: Alla jbierek lin-​nies billi jipprovdilhom ħafna affarijiet materjali, għax il-​Bibbja tgħid: “Il-​barka taʼ Ġeħova—hi li ġġib l-​għana.”—Proverbji 10:22.

Fatt: Fil-​Bibbja, il-​kliem “il-​barka taʼ Ġeħova” spiss jirreferi għal affarijiet sbieħ bħal ħajja bi skop, ħbiberija tajba m’Alla, u tama sabiħa għall-​futur. (Salm 25:14; Ġwanni 17:3) Vera, Alla bierek lil xi wħud mill-​qaddejja tiegħu billi pprovdielhom il-​ġid materjali, imma ħafna minn dawk li saru Kristjani ma kinux sinjuri. (Ġenesi 24:34, 35; Ġakbu 2:5) Lanqas Ġesù Kristu ma kellu ħafna affarijiet materjali.—Mattew 8:20.

Idea żbaljata: Il-​Bibbja tgħallem dwar il-​Komuniżmu minħabba li dwar il-​Kristjani tal-​bidu tgħid: “Kienu jaqsmu kollox bejniethom, u kienu jbigħu l-​affarijiet u l-​proprjetajiet tagħhom.”—Atti 2:44, 45.

Fatt: Dawn il-​versi jiddeskrivu xi ħaġa li l-​Kristjani tal-​bidu għamlu għal żmien qasir biex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb lil dawk li kienu għadhom kif isiru Kristjani. Dawn l-​uħud marru Ġerusalemm biex jiċċelebraw il-​festa taʼ Pentekoste. (Atti 2:5) Imma meta saru Kristjani, damu iktar f’Ġerusalemm biex ikunu jistgħu jitgħallmu iktar dwar Alla. Għalhekk, Kristjani oħrajn b’mod volontarju għenuhom biex jipprovdulhom l-​ikel u fejn joqogħdu.—Atti 2:41, 42, 46, 47.

a Ġeħova hu l-​isem t’Alla kif turi l-​Bibbja.—Salm 83:18.

b Biex tkun taf għala tistaʼ tafda l-​Bibbja ara l-​artiklu “The Bible—A Reliable Source of Truth.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja