LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mrt artiklu 35
  • Temp Estrem—Tistaʼ l-Bibbja Tgħinek Tkampa?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Temp Estrem—Tistaʼ l-Bibbja Tgħinek Tkampa?
  • Iktar Suġġetti
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-​temp estrem li qed jagħmel mhuwiex kastig mingħand Alla
  • Alla jimpurtah minn dawk li qed ibatu minħabba temp estrem
  • It-​temp estrem se jispiċċa
  • X’tistaʼ tagħmel biex tkun preparat?
  • Sħana Estrema fis-Sajf tal-2023—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • Il-Bibbja X’Tgħid Dwar id-Diżastri Naturali?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Huma d-Diżastri Naturali Kastig Minn Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
Iktar Suġġetti
mrt artiklu 35
Grupp taʼ stampi: Xi effetti terribbli tat-temp estrem. 1. Dar li saritilha ħafna ħsara. 2. Nirien kbar mal-muntanja. 3. Karozza għaddejja mill-għargħar fit-triq.

Temp Estrem—Tistaʼ l-​Bibbja Tgħinek Tkampa?

Int wieħed minn dawk il-​miljuni li ġejt effettwat minn temp estrem? Hemm ħafna affarijiet li temp estrem jistaʼ jikkaġuna. Dawn jistgħu jkunu uragani, ċikluni, trombi, u maltempati tropikali li spiss iwasslu għal għargħar, riħ li jagħmel ħafna ħsara, u biex jogħla l-​livell tal-​ilma. Xita qawwija twassal biex id-​djar fuq il-​muntanji jċedu u jaqgħu. U maltempati bis-​sajjetti jistgħu jwasslu għal nirien kbar. Ukoll, nixfa kbira, heat waves, u maltempati tas-​silġ qed jikkaġunaw ħsara kbira.

F’ħafna pajjiżi madwar id-​dinja, temp estrem qed isir iktar spiss u qed jikkaġuna ħsara kbira. L-​International Federation of Red Cross and Red Crescent Societies jgħid: “Ħafna iktar nies qed jiġu effettwati mid-​diżastri. Dan minħabba li qed ikun hemm iktar u iktar għargħar, maltempati u nixfa. Minħabba dan, kull sena ħafna nies qed imutu, oħrajn qed jitilfu x-​xogħol tagħhom, u miljuni taʼ nies qed jitilfu d-​djar tagħhom.”

Meta dawn l-​affarijiet jiġru, in-​nies mhux biss ibatu fiżikament imma anki mentalment. Minħabba li huma jitilfu dak kollu li jkollhom, id-​djar tagħhom, u ġieli anki lil dawk li jħobbu, huma jbatu ħafna.

Jekk int wieħed minn dawk li qed tbati minħabba temp estrem, il-​Bibbja tistaʼ tgħinek tkampa. Il-​Bibbja tipprovdi inkuraġġiment, tama, u għajnuna prattika. (Rumani 15:4) Għenet lil ħafna nies li għaddew minn diżastru. Ukoll, twieġeb mistoqsija importanti li ħafna nies spiss jistaqsu: Alla għala ħalla dan jiġri, qed jikkastigani?

It-​temp estrem li qed jagħmel mhuwiex kastig mingħand Alla

Il-​Bibbja tgħallem li Alla mhux responsabbli għat-​tbatija li n-​nies qed jgħaddu minnha. Il-​Bibbja twegħedna li “Alla la jistaʼ jiġi provat u lanqas ma jipprova lil ħadd b’affarijiet ħżiena.” (Ġakbu 1:13) Dan ifisser li hu mhux qed jikkaġuna t-​temp estrem li ħafna qed jesperjenzaw illum.

Il-​Bibbja ssemmi okkażjonijiet meta Alla uża l-​forzi tan-​natura biex jikkastiga lin-​nies ħżiena. Imma dawn il-​ġrajjiet kienu differenti mit-​temp estrem li qed jagħmel illum, li jiġi għal għarrieda, u jolqot kemm lin-​nies tajbin u kemm lil dawk ħżiena. Infatti l-​Bibbja turina li Alla dejjem ipproteġa lin-​nies tajbin, wissa minn qabel, u spjega għaliex kien se jagħmel dan. Pereżempju, Alla spjega għala kien se jġib Dulluvju fi żmien Noè, wissa qabel seħħ, u pproteġa lil Noè u l-​familja tiegħu.—Ġenesi 6:13; 2 Pietru 2:5.

Biex titgħallem iktar kif nafu li d-​diżastri naturali li qed iseħħu mhumiex kastig minn Alla, ara l-​artikli “Huma d-​Diżastri Naturali Kastig minn Alla?” u “Il-​Bibbja X’Tgħid Dwar id-​Diżastri Naturali?”.

Alla jimpurtah minn dawk li qed ibatu minħabba temp estrem

Il-​Bibbja turi li Alla Ġeħovaa jimpurtah minna u jħoss għalina. Aqra l-​versi li ġejjin.

  • Isaija 63:9: “Kulmeta kienu mnikktin [Alla] kien imnikket.”

    Dal-​vers xi jfisser? Ġeħova jweġġaʼ meta jara n-​nies ibatu.

  • L-​1 Pietru 5:7: “Hu jimpurtah minnkom.”

    Dal-​vers xi jfisser? Ġeħova jimpurtah minnek.

Peress li Ġeħova jimpurtah minna u jħoss għalina, hu jipprovdilna l-​għajnuna. Hu jinkuraġġina permezz tal-​Bibbja u jagħtina garanzija li fil-​futur mhux se jkun hemm iktar diżastri.—2 Korintin 1:3, 4.

It-​temp estrem se jispiċċa

Il-​Bibbja tgħidilna l-​wegħda taʼ Ġeħova li se jagħtina “futur u tama.” (Ġeremija 29:11) Hu jrid li n-​nies igawdu l-​ħajja f’art magħmula ġenna u mhux jgħixu bil-​biżaʼ taʼ xi diżastru naturali.—Ġenesi 1:28; 2:15; Isaija 32:18.

Alla se jagħtina dan il-​futur mill-​isbaħ permezz tas-​Saltna tiegħu, gvern fis-​sema mmexxi minn Ġesù. (Mattew 6:10) Ġesù għandu kemm l-​abbiltà kif ukoll il-​qawwa biex iwaqqaf it-​temp estrem. Meta Ġesù kien fuq l-​art, hu wera li għandu l-​qawwa li jikkontrolla t-​temp. (Marku 4:37-​41) Minħabba l-​abbiltà li għandu, hu se jgħallem lin-​nies kif jieħdu ħsieb l-​ambjent. (Isaija 11:2) Meta Ġesù se jmexxi għal fuq l-​art, in-​nies qatt mhu se jerġgħu jbatu minħabba temp estrem.

Forsi tistaqsi, ‘Ġesù meta se juża l-​qawwa tiegħu biex jikkontrolla t-​temp?’ Biex issib it-​tweġiba, ara l-​artiklu “Is-​Saltna t’Alla Meta se Tmexxi għal fuq l-​Art?”

X’tistaʼ tagħmel biex tkun preparat?

Il-​Bibbja tagħtina pariri li jistgħu jgħinuna qabel, matul, u wara li niffaċċjaw temp estrem.

  • Basket tal-emerġenza, go bag, ippreparat bl-ikel, ilma, u mediċina.

    Qabel: Kun preparat għal li jistaʼ jinqalaʼ.

    Dak li tgħid il-​Bibbja: “Min hu prudenti jara l-​gwaj u jinħeba, imma dawk taʼ bla esperjenza jibqgħu sejrin u jkollhom iħallsu l-​piena.”—Proverbji 22:3.

    Dal-​vers xi jfisser? Aħseb f’diżastri li jistgħu jiġru fejn toqgħod int ħalli taġixxi malajr u tipproteġi l-​familja tiegħek.

    Esperjenza: “Fil-​ġurnata li kellna nitilqu minħabba n-​nirien, aħna konna preparati. Aħna kellna basktijiet tal-​emerġenza, go bags. Kellna wkoll il-​mediċina u l-​ħwejjeġ. In-​nies bdew jippanikjaw u ma kinux jafu x’se jaqbdu jagħmlu imma aħna kellna dak kollu li kellna bżonn. Vera kuntenti li konna preparati!”—Tamara, Kalifornja, l-​Istati Uniti.

  • Koppja qed jgħannqu lit-tifel jew tifla tagħhom hekk kif iħarsu lejn id-dar tagħhom li hi nofsha mgħarrqa.

    Matul: Iffoka fuq dak li hu l-​iktar importanti.

    Dak li tgħid il-​Bibbja: “Anki meta wieħed ikollu bl-​abbundanza, ħajtu ma tiddependix minn dak li għandu.”—Luqa 12:15.

    Dal-​vers xi jfisser? Il-​ħajja tagħna hi l-​iktar ħaġa importanti li għandna.

    Esperjenza: “Meta ċ-​Ċiklun Lawinb qered id-​dar tagħna, ma kontx naf x’għandi nagħmel. Imma xi ħaġa li għamilt hi li tlabt mill-​qalb lil Alla Ġeħova. Irrealizzajt li vera konna tlifna l-​affarijiet materjali imma konna għadna ħajjin.”—Leslie, il-​Filippini.

  • Kalendarju li għandu xi ġranet immarkati.

    Wara: Ħudha ġurnata b’ġurnata.

    Dak li tgħid il-​Bibbja: “Qatt tkunu ansjużi dwar l-​għada, għax l-​għada se jkollu l-​ansjetajiet tiegħu.”—Mattew 6:34.

    Dal-​vers xi jfisser? Toqgħodx tinkwieta żżejjed dwar affarijiet li jistgħu jiġru fil-​futur.

    Esperjenza: “Wara li l-​Uragan Irma għarraq id-​dar tiegħi, kelli nieħu ħafna deċiżjonijiet u bdejt inħossni stressjata ħafna. Ipprovajt napplika l-​parir tal-​Bibbja biex nieħu ġurnata b’ġurnata. Irrealizzajt li bl-​għajnuna ta’ Ġeħova rnexxieli nkampa aħjar milli ħsibt.”—Sally, Florida, l-​Istati Uniti.

Għal iktar għajnuna, ara l-​artiklu “Meta jseħħ diżastru—Passi li jistgħu jsalvaw il-​ħajjiet.”

a Ġeħova hu l-​isem t’Alla.—Salm 83:18.

b Magħruf ukoll bħala ċ-​Ċiklun Haima.

Stejjer vera

Ara l-​vidjows biex tifhem kif il-prinċipji tal-Bibbja għenu lix-Xhieda taʼ Ġeħova biex jgħinu lil xulxin wara diżastri naturali.

  • Għargħar tal-Biżaʼ fil-Brażil

  • Wildfires in California

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja