LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mrt artiklu 55
  • Id-Dinja Qed Tinqered—X’Tgħid il-Bibbja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Id-Dinja Qed Tinqered—X’Tgħid il-Bibbja?
  • Iktar Suġġetti
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-Bibbja ilha li semmiet il-ħsara fl-ambjent
  • Id-dinja għandha futur sabiħ
  • Il-Gvernijiet Jistgħu Jaħdmu Flimkien Biex Isolvu l-Problema tal-Klima li Qed Teqred id-Dinja?—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • Temperaturi Rekord Madwar id-Dinja—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • Il-bniedem se jeqred l-art għalkollox?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Alla Jwiegħed li d-Dinja Mhux Se Tinqered
    Stenbaħ!—2023
Ara Iżjed
Iktar Suġġetti
mrt artiklu 55
Id-dinja kif tidher mill-ispazju. Nofs il-pjaneta tidher maħruqa.

IBQAʼ ATTENT!

Id-Dinja Qed Tinqered—X’Tgħid il-Bibbja?

“Aħna dalwaqt se niffaċċjaw diżastru fil-klima. Bliet kbar se jegħrqu. Heatwaves li qatt ma kien hawn bħalhom. Maltempati tal-biżaʼ. Nuqqas t’ilma f’ħafna pajjiżi. Ħafna tipi taʼ pjanti u annimali mhux se jibqgħu jeżistu. Dawn l-affarijiet mhux storja jew xi ħaġa esaġerata. Imma dan x’jgħidu li se jiġri x-xjentisti jekk il-gvernijiet ma jbiddlux kif jużaw l-enerġija.”—António Guterres, segretarju ġenerali tal-Ġnus Magħquda dwar ir-rapport Intergovernmental Panel on Climate Change li ħareġ fl-4 t’April 2022.

“Ix-xjentisti qed javżaw li kważi l-423 park nazzjonali [li hemm l-Istati Uniti] dalwaqt se jkollhom ħafna ħsara minħabba l-climate change għax ma jifilħux għal temperatura għolja. Dawn l-affarijiet koroh qishom id-diżastri li ssemmi l-Bibbja: nar u dulluvju, silġ idub, baħar jogħla, u heat waves.”—“Flooding Chaos in Yellowstone, a Sign of Crises to Come,” il-gazzetta The New York Times, 15 taʼ Ġunju 2022.

Il-problemi tal-ambjent jistgħu jitranġaw? Jekk iva, min se jirranġahom? Ara x’tgħid il-Bibbja.

Il-Bibbja ilha li semmiet il-ħsara fl-ambjent

Il-Bibbja tgħid li Alla se ‘jeqred lil dawk li qed jeqirdu l-art.’ (Rivelazzjoni 11:18) Dan il-vers mill-Bibbja jgħallimna tliet affarijiet:

  1. 1. Dak li jagħmlu n-nies se jagħmel ħafna ħsara lid-dinja.

  2. 2. Dawk li qed jeqirdu d-dinja se jispiċċaw.

  3. 3. Alla se jsolvi l-problemi tal-ambjent u mhux in-nies.

Id-dinja għandha futur sabiħ

Il-Bibbja tgħid li “l-art tibqaʼ wieqfa għal dejjem.” (Ekkleżjasti 1:4) In-nies se jibqgħu jgħixu fid-dinja.

  • “In-nies sewwa se jirtu l-art, u jgħixu fiha għal dejjem.”—Salm 37:29.

Il-ħsara li saret lid-dinja se titranġa.

  • “Ħa jifirħu d-deżert u l-art maħruqa; ħa jifraħ ix-xagħri u jwarrad, ħa jwarrad bħar-ranġis.”—Isaija 35:1, Il-Bibbja, Għaqda Biblika Maltija.

Biex tkun taf għala tistaʼ tkun ċert li Alla se jirranġa l-ħsara tal-ambjent, ara l-artiklu “Who Will Save the Earth?”

Biex tara għala tistaʼ tħares ’il quddiem għal futur sabiħ minkejja l-kriżi fil-climate change, aqra l-artiklu “Climate Change and Our Future—What the Bible Says.”

Biex issir taf kif il-Bibbja tistaʼ tgħinek tkampa mal-problemi li qed jiġu minħabba l-climate change, ara l-artiklu “Temp Estrem—Tistaʼ l-Bibbja Tgħinek Tkampa?”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja