IBQAʼ ATTENT!
Temperaturi Rekord Madwar id-Dinja—X’Tgħid il-Bibbja?
Matul Lulju tal-2022, madwar id-dinja ġew irrapportati temperaturi li kisru r-rekord:
“Iċ-Ċina toħroġ l-ogħla twissija taʼ sħana possibbli fi kważi 70 belt matul it-tieni heatwave f’dan ix-xahar.”—25 taʼ Lulju, 2022, CNN Wire Service.
“Nirien qawwija jolqtu diversi foresti fl-Ewropa, minħabba heatwave li ġabet temperaturi għoljin ħafna.”—17 taʼ Lulju, 2022, The Guardian.
Matul il-Ħadd, diversi bliet fl-Istati Uniti esperjenzaw temperaturi rekord hekk kif heatwave infirxet mal-East Coast u partijiet tas-South u l-Midwest.”—24 taʼ Lulju, 2022, The New York Times.
Dan kollu xi jfisser? Jistaʼ xi darba jsir impossibbli li tgħix fid-dinja? X’tgħid il-Bibbja?
Kienu l-heatwaves imbassrin fil-Bibbja?
Iva. Il-heatwaves li qed iseħħu madwar id-dinja jaqblu maʼ dak li l-Bibbja bassret li kellu jiġri fi żmienna. Pereżempju, Ġesù pprofetizza li kellna naraw “dehriet tal-biżaʼ,” jew “affarijiet strambi u koroh.” (Luqa 21:11; Good News Translation) Minħabba t-temperaturi li qegħdin dejjem jogħlew madwar id-dinja, ħafna nies qed jibżgħu li l-bniedem se jeqred lid-dinja.
Se ssir id-dinja impossibbli biex tgħix fiha?
Le. Alla ħalaq id-dinja sabiex il-bniedem jgħix fiha għal dejjem. (Salm 115:16; Ekkleżjasti 1:4) Minflok ma se jħalli lill-bniedem jeqridha, hu se ‘jeqred lil dawk li qed jeqirdu l-art,’ eżatt bħalma wiegħed.—Rivelazzjoni 11:18.
F’dawn iż-żewġ profeziji, innota Alla x’wiegħed ukoll li se jagħmel għall-art:
“Ix-xagħri u r-reġjun bla ilma se jifirħu, u l-pjanura tad-deżert se tifraħ u twarrad bħaż-żagħfran.” (Isaija 35:1) Alla mhux se jħalli d-dinja ssir deżert li ma tistax tgħix fih. Minflok, hu se jirranġa l-partijiet tad-dinja li tkun saritilhom il-ħsara.
“Int tieħu ħsieb l-art; għamiltha b’ħamrija tajba u tipproduċi b’abbundanza.” (Salm 65:9) Alla se jbiddel id-dinja f’ġenna tal-art.
Biex titgħallem iktar kif il-bidla fil-klima qed twettaq il-profezija tal-Bibbja, aqra l-artiklu “Climate Change and Our Future—What the Bible Says.”
Biex titgħallem iktar dwar il-wegħda tal-Bibbja li l-ambjent se jitranġa, ara l-artiklu “Who Will Save the Earth?”