LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mrt artiklu 68
  • 2022: Sena Mimlija Inkwiet—X’Tgħid il-Bibbja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • 2022: Sena Mimlija Inkwiet—X’Tgħid il-Bibbja?
  • Iktar Suġġetti
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’juru verament l-affarijiet li ġraw fis-sena 2022?
  • X’se jiġri s-sena d-dieħla?
  • Temperaturi Rekord Madwar id-Dinja—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • Id-Dinja Xxokkjata Minħabba l-Ammont taʼ Vjolenza bl-Armi—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • Il-Kristjani u l-Gwerer—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • 6 Miljun Persuna Mietu bil-COVID—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
Ara Iżjed
Iktar Suġġetti
mrt artiklu 68
Grupp taʼ stampi: 1. Koppja jaraw xi ħsara għamel l-uragan. 2. Omm u binha inkwetati. 3. Mara qed tagħmel swab test tal-COVID-19.

Xellug: Uragan Ian, Florida, l-Istati Uniti tal-Amerika, Settembru 2022 (Sean Rayford/Getty Images); tan-nofs: Omm tevakwa mat-tifel tagħha, Donetsk, l-Ukrajna, Lulju 2022 (Alex Chan Tsz Yuk/SOPA Images/LightRocket via Getty Images); lemin: Ħafna nies jagħmlu test tal-COVID, Beijing, iċ-Ċina, April 2022 (Kevin Frayer/Getty Images)

IBQAʼ ATTENT!

2022: Sena Mimlija Inkwiet—X’Tgħid il-Bibbja?

Matul is-sena 2022, ħlief aħbarijiet dwar gwerer, problemi ekonomiċi, u diżastri ambjentali ma smajniex. Il-Bibbja biss tispjega għala qed jiġru dawn l-affarijiet.

X’juru verament l-affarijiet li ġraw fis-sena 2022?

L-affarijiet li ġraw is-sena l-oħra jkomplu jżidu mal-evidenza li qed ngħixu f’dak li l-Bibbja ssejjaħlu “l-aħħar jiem.” (2 Timotju 3:1) Dan iż-żmien beda fl-1914. Ara kif l-affarijiet li qed naraw illum jaqblu maʼ dak li l-Bibbja qalet li kellu jiġri:

“Gwerer.”—Mattew 24:6.

  • “L-2022 Hi s-Sena li l-Ewropa Qed Terġaʼ Tesperjenza l-Effetti Koroh tal-Gwerra.”a

Ara l-artiklu “Ir-Russja Tattakka l-Ukrajna.”

“Nuqqas taʼ ikel.”—Mattew 24:7.

  • “2022: Sena taʼ Ġuħ li Qatt Ma Kien Hawn Bħalu.”b

Ara l-artiklu “Il-Kriżi Globali tal-Ikel Tmur għall-Agħar bil-Gwerra fl-Ukrajna.”

“Mard.”—Luqa 21:11.

  • “Reġaʼ kien hawn il-marda tal-poljo fl-istess żmien li l-ġidri tax-xadini saret problema kbira u l-COVID-19 għadu jagħmel ħsara kbira. Dawn juru b’mod ċar kemm il-mard li jittieħed hu perikoluż u kemm in-nies huma vulnerabbli.”c

Ara l-artiklu “6 Miljun Persuna Mietu bil-COVID.”

“Affarijiet tal-biżaʼ.”—Luqa 21:11.

  • “Heatwaves, nixfa, nirien, u għargħar. Is-sajf tal-2022 żgur li se jibqaʼ mfakkar għat-temp estrem li għamel ħafna ħsara. Minħabba f’hekk, mietu mijiet taʼ eluf u miljuni taʼ nies madwar id-dinja tilfu darhom.”d

Ara l-artiklu “Temperaturi Rekord Madwar id-Dinja.”

“Taqlib [jew, diffikultajiet; rewwixti.].”—Luqa 21:9.

  • “Fl-2022, in-nies tant kemm kienu rrabjati minħabba l-problemi ekonomiċi, speċjalment minħabba l-għoli tal-ħajja, li għamlu protesti kbar kontra l-gvernijiet.”e

Ara l-artiklu “L-Għoli tal-Ħajja Jiżdied mad-Dinja Kollha.”

X’se jiġri s-sena d-dieħla?

Ħadd ma jistaʼ jkun jaf bl-eżatt x’se jiġri fl-2023. Li nafu hu li dalwaqt is-Saltna t’Alla, jiġifieri l-gvern t’Alla fis-sema, se jagħmel bidliet kbar fuq l-art. (Danjel 2:44) Dan il-gvern se jneħħi dak kollu li jġib it-tbatija u jagħmel ċert li jsir dak li jrid Alla fuq l-art.—Mattew 6:9, 10.

Inħeġġuk biex tieħu l-parir taʼ Ġesù Kristu u ‘tibqaʼ għassa.’ B’hekk tara kif dak li qed jiġri fid-dinja qed jaqbel maʼ dak li bassret il-Bibbja. (Marku 13:37) Jekk jogħġbok ikkuntattjana biex issir taf iktar dwar kif il-Bibbja tistaʼ tgħinek issa u kif int u l-familja tiegħek jistaʼ jkollkom tama vera għal futur aħjar.

a AP News, “2022 Was Year the Horror of War Returned to Europe,” minn Jill Lawless, 8 taʼ Diċembru 2022.

b Programm Dinji tal-Ikel, “A Global Food Crises.”

c JAMA Health Forum, “Living in an Age of Pandemics—From COVID-19 to Monkeypox, Polio, and Disease X,” minn Lawrence O. Gostin, JD, 22 taʼ Settembru 2022.

d Earth.Org, “What’s Behind the Record-Breaking Extreme Weather Events of Summer 2022?” minn Martina Igini, 24 t’Ottubru 2022.

e Carnegie Endowment for International Peace, “Economic Anger Dominated Global Protests in 2022,” minn Thomas Carothers u Benjamin Feldman, 8 taʼ Diċembru 2022.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja