LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mrt artiklu 59
  • Il-Kristjani u l-Gwerer—X’Tgħid il-Bibbja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Kristjani u l-Gwerer—X’Tgħid il-Bibbja?
  • Iktar Suġġetti
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Dak li tgħid verament il-Bibbja
  • Il-Kristjani u l-gwerer illum
  • Ir-Reliġjon u l-Gwerra fl-Ukrajna—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • 2022: Sena Mimlija Inkwiet—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • Ir-Russja Tattakka l-Ukrajna
    Iktar Suġġetti
  • Alla kif iqishom il-gwerer?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
Ara Iżjed
Iktar Suġġetti
mrt artiklu 59
Qassis ibierek ajruplan militari, billi jitfaʼ l-ilma mbierek fuqu.

YURI LASHOV/AFP via Getty Images

IBQAʼ ATTENT!

Il-Kristjani u l-Gwerer—X’Tgħid il-Bibbja?

Bħalma rajna matul il-gwerra fl-Ukrajna, il-mexxejja reliġjużi Kristjani qed jinkuraġġixxu lin-nies biex iżommu maʼ naħa jew oħra. Innota kif membri tal-kleru jappoġġjaw naħa waħda tal-gwerra, u oħrajn jappoġġjaw in-naħa l-oħra:

  • “Unur u gratitudni kbira lil dawk kollha li qed jiġġieldu biex jiddefendu lill-Ukrajna, art twelidhom, mill-aggressur . . . Intom għandkom l-appoġġ tagħna u tinsabu dejjem fi qlubna u fit-talb sinċier tagħna.”—Metropolitan Epiphanius I taʼ Kyiv, kif rapportat fʹThe Jerusalem Post, 16 ta’ Marzu, 2022.

  • “Il-Ħadd, il-kap tal-Knisja Ortodossa Russa għamel ċerimonja reliġjuża għas-suldati Russi, biex jinkuraġġihom ħalli jiddefendu lil pajjiżhom ‘bħalma jafu jagħmlu biss ir-Russi’ hekk kif Moska tkompli l-kampanja militari fl-Ukrajna.”—Reuters, 3 t’April, 2022.

Għandhom il-Kristjani jieħdu sehem fil-gwerer? X’tgħid il-Bibbja?

Dak li tgħid verament il-Bibbja

Il-Bibbja turi li dawk li verament jimxu wara Ġesù Kristu ma jiħdux sehem fil-gwerer.

  • “Poġġi x-xabla f’postha, għax kull min jiġġieled bix-xabla, se jmut bix-xabla.”—Mattew 26:52.

    Xi ħadd li jaqbel mal-gwerer jew imur jiġġieled fil-gwerer, qiegħed vera jobdi l-kliem taʼ Ġesù?

  • “Qed nagħtikom kmandament ġdid, li tħobbu lil xulxin; bħalma ħabbejtkom jien, ħobbu intom ukoll lil xulxin. B’dan ikun jaf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jekk ikollkom l-imħabba bejnietkom.”—Ġwanni 13:34, 35.

    Jekk xi ħadd jappoġġja l-gwerer, ikun dan qiegħed juri l-istess imħabba li Ġesù qal li kellha tidentifika lid-dixxipli tiegħu, jiġifieri dawk li jimxu warajh?

Għal iktar informazzjoni, aqra l-artiklu “Imorru Flimkien il-Gwerra u l-Kristjanità?”

Il-Kristjani u l-gwerer illum

Illum, huwa realistiku li tistenna li l-Kristjani ma jiħdux sehem fil-gwerer? Iva. Il-Bibbja bassret li fi żmienna kellu jkun hawn perijodu msejjaħ l-“aħħar parti tal-jiem.” F’dan iż-żmien kellu jkun hawn nies mill-ġnus kollha li “ma jitħarrġux iktar għall-gwerra,” bħalma għallem Ġesù.—Isaija 2:2, 4.

  • Biex issir taf iktar, aqra s-serje t’artikli f’It-Torri tal-Għassa bit-titlu “Alla kif iqishom il-gwerer?”

Dalwaqt, Ġeħova,a “l-Alla tal-paċi,” se juża l-gvern tiegħu fis-sema biex jeħles lin-nies “mill-moħqrija u mill-vjolenza.”—Filippin 4:9; Salm 72:14.

  • Biex tkun taf kif, ara l-vidjow X’Inhi s-Saltna t’Alla?

Nistidnuk millqalb biex tara l-konvenzjoni tagħna għas-sena 2022 bit-tema “Ejja Naħdmu għall-Paċi!” Dan il-programm jistaʼ jgħinek issib paċi ġewwinija minkejja l-ġrajjiet tal-biżaʼ li qed jiġru, u li qed jimlew lil ħafna nies b’ansjetà kbira. Iddawnlowdja l-programm jew arah online. M’hemmx għalfejn tirreġistra.

a Ġeħova hu l-isem persunali t’Alla.—Salm 83:18.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja