LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 11/1 p. 3
  • Alla kif iqishom il-gwerer?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Alla kif iqishom il-gwerer?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Materjal Simili
  • Il-gwerer
    Stenbaħ!—2017
  • Kif Alla jqis il-gwerer tal-lum
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Kif Alla jqis il-gwerer tal-ewwel seklu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Kif Alla jqis il-gwerer tal-qedem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 11/1 p. 3
Suldati, tankijiet, u ajruplani tal-gwerra

SUĠĠETT PRINĊIPALI

Alla kif iqishom il-​gwerer?

Kieku int kif twiġibha dik il-​mistoqsija? Ħafna jaħsbu li Alla japprovahom il-​gwerer. Huma jirraġunaw li hu kkmanda lil xi wħud mill-​aduraturi tiegħu fil-​passat biex jiggwerraw; ir-​ rekord tal-​Bibbja jikkonferma dan. Però, oħrajn jinnotaw li l-​Iben t’Alla, Ġesù, għallem lis-​segwaċi tiegħu jħobbu lill-​għedewwa tagħhom. (Mattew 5:43, 44) Allura huma jirraġunaw li f’xi żmien, il-​ħarsa t’Alla lejn il-​gwerer inbidlet u li llum ma japprovahomx il-​gwerer.

Int x’taħseb? Alla japprovahom il-​gwerer? Jekk inhu hekk, lil min jappoġġa fil-​konflitti tal-​lum? Li nsibu t-​tweġibiet għal dawn il-​mistoqsijiet jistaʼ jgħinek teżamina kif tħossok u kif taħsibha int dwar il-​gwerer. Pereżempju, li kieku kont taf li Alla mhux biss japprova l-​gwerer imma jappoġġa n-​naħa li tappoġġa int, aktarx tħossok tajjeb dwar il-​ħarsa tiegħek lejn il-​kwistjoni, tkun kunfidenti li dawk li żżomm magħhom int se jirbħu. Mill-​banda l-​oħra, kif kont tħossok li kieku ssir taf li Alla jappoġġa lill-​opponenti? Aktarx kont terġaʼ tqis il-​ħarsa tiegħek fil-​kwistjoni.

Hemm involuta xi ħaġa iżjed importanti. Li tkun taf kif Alla jqis il-​gwerer jistaʼ jeffettwa l-​ħarsa tiegħek lejn Alla. Jekk int fost il-​miljuni li sfaw imweġġgħin profondament bil-​gwerer tal-​bniedem, bla dubju għandek bżonn tkun taf it-​tweġiba għall-​mistoqsija, Hu Alla favur il-​gwerer, bħalma jaħsbu xi wħud, u jippermetti jew saħansitra jappoġġa t-​tbatija assoċjata mal-​gwerra, jew jistaʼ jkun passiv u ma jimpurtahx mill-​benesseri tal-​maħqurin?

Tistaʼ tibqaʼ sorpriż meta titgħallem li t-​tweġiba tal-​Bibbja hi differenti ferm minn dawn iż-​żewġ opinjonijiet. Iżjed minn hekk, mill-​passat sal-​lum il-​ġurnata, il-​ħarsa t’Alla lejn il-​gwerer baqgħet l-​istess. Ejja nikkunsidraw x’tgħid il-​Bibbja dwar kif Alla kien iqis il-​gwerer fil-​qedem u fl-​ewwel seklu, meta Ġesù kien fuq l-​art. Dan se jgħinna naraw kif Alla jqis il-​gwerer illum u jekk il-​gwerer humiex se jkunu parti mill-​futur tal-​bniedem.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja