LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 11/1 pp. 4-5
  • Kif Alla jqis il-gwerer tal-qedem

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Alla jqis il-gwerer tal-qedem
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Materjal Simili
  • Kif Alla jqis il-gwerer tal-ewwel seklu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Kif Alla jqis il-gwerer tal-lum
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Aħna Għala Ma Niġġildux fil-Gwerer Bħalma Għamlu l-Iżraelin?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Alla kif iqishom il-gwerer?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 11/1 pp. 4-5

SUĠĠETT PRINĊIPALI | ALLA KIF IQISHOM IL-​GWERER?

Kif Alla jqis il-​gwerer tal-​qedem

L-ilmijiet tal-Baħar l-Aħmar jibdew jgħarrqu lill-Fargħun u lill-armata tiegħu

In-​nies kienu qed jiġu maħqurin. Ripetutament talbu lil Alla jeħlishom, imma l-​ħelsien ma ġiex—għall-​inqas mhux mill-​ewwel. In-​nies kienu l-​Iżraelin, il-​poplu t’Alla fi żmien il-​qedem. In-​nazzjon b’saħħtu li kien qed jaħqarhom kien l-​Eġittu. (Eżodu 1:13, 14) Għal snin sħaħ, l-​Iżraelin stennew biex Alla jġib fi tmiem it-​tirannija Eġizzjana. Eventwalment, wasal iż-​żmien imwaqqat t’Alla biex jieħu azzjoni. (Eżodu 3:7-​10) Il-​Bibbja tgħid li Alla ggwerra kontra l-​Eġizzjani personalment. Hu laqat lill-​Eġittu b’serje taʼ kastigi devastanti, u mbagħad qered lis-​sultan tal-​Eġittu u l-​armata tiegħu fil-​Baħar l-​Aħmar. (Salm 136:15) Alla Ġeħova ta prova li kien “persuna tal-​gwerra” potenti għal nom il-​poplu tiegħu.—Eżodu 15:3, 4.

Il-​fatt li Alla nnifsu ggwerra kontra l-​Eġizzjani juri li mhuwiex kontra l-​gwerer kollha. F’okkażjonijiet oħra, hu awtorizza lill-​poplu tiegħu Iżrael biex jiggwerra. Pereżempju, ikkmandahom jiggwerraw kontra l-​Kangħanin, li kienu veru mill-​agħar. (Dewteronomju 9:5; 20:17, 18) Hu dderieġa lil David, is-​sultan t’Iżrael, biex jiggwerra kontra l-​Filistin kattivi. Alla saħansitra ta lil David strateġija għall-​gwerra li żgurat rebħa.—2 Samwel 5:17-​25.

Dawn ir-​rakkonti Bibliċi juru li meta ċerti forom taʼ ħażen u moħqrija heddew lill-​Iżraelin, Alla awtorizza gwerra għall-​protezzjoni tal-​poplu tiegħu u biex il-​qima pura tibqaʼ ppreservata. Imma nnota dawn it-​tliet punti importanti dwar gwerer ikkmandati minn Alla.

  1. ALLA BISS IDDETERMINA MIN KELLU JIEĦU SEHEM FIL-​GWERER. F’okkażjoni waħda, Alla qal lill-​Iżraelin: “Ma jkollkomx għalfejn tiġġieldu din id-​darba.” Ir-​raġuni? Alla nnifsu kien se jiggwerra għalihom. (2 Kronaki 20:17; 32:7, 8) Dan għamlu ħafna drabi, bħal pereżempju fl-​okkażjoni msemmija fil-​bidu taʼ dan l-​artiklu. Drabi oħra, Alla kkmanda lill-​poplu tiegħu fl-​Iżrael tal-​qedem biex jiġġieldu fi gwerer li hu approva, jiġifieri, dawk li involvew is-​sigurtà u d-​difiża tal-​Art Imwiegħda tagħhom.—Dewteronomju 7:1, 2; Ġożwè 10:40.

  2. ALLA BISS IDDETERMINA META GWERER BĦAL DAWN KELLHOM JIĠU MIĠĠIELDA. Il-​qaddejja t’Alla kellhom jistennew bil-​paċenzja għaż-​żmien maħtur t’Alla biex jiggwerraw kontra l-​moħqrija u l-​ħażen li kienu mdawrin bihom. Sa dak iż-​żmien, ma kellhomx jiddeċiedu huma jiggwerrawx jew le. Meta għamlu dan, tilfu l-​approvazzjoni t’Alla. Infatti, il-​Bibbja turi li meta l-​Iżraelin ażżardaw jiggwerraw meta ma kienx qalilhom Alla, ir-​riżultati spiss kienu diżastrużi.a

  3. Raħab u l-familja tagħha ħdejn ir-rovini taʼ Ġeriko

    Għalkemm Alla ggwerra kontra l-Kangħanin, hu salva lil xi wħud, bħal Raħab u l-familja tagħha

    ALLA MA JIĦUX PJAĊIR BIL-​MEWT TAL-​BNEDMIN, INKLUŻ TAʼ DAWK MILL-​AGĦAR. Alla Ġeħova hu s-​Sors tal-​ħajja u l-​Ħallieq tal-​bnedmin. (Salm 36:9) Għalhekk ma jixtieqx jara lin-​nies imutu. Madankollu, b’dispjaċir hemm nies li jippjanaw b’malizzja li jaħqru u anki joqtlu lil oħrajn. (Salm 37:12, 14) Biex iwaqqaf ħażen bħal dan, Alla kultant awtorizza gwerra kontra l-​ħżiena. U madankollu, tul is-​snin kollha li kien iqabbad lill-​Iżraelin jieħdu sehem fi gwerer bħal dawn, hu xorta waħda kien “ħanin” u ‘bil-​mod biex jirrabja’ maʼ dawk li kienu jaħqru lil Iżrael. (Salm 86:15) Pereżempju, hu kkmanda li qabel ma l-​Iżraelin iggwerraw kontra belt, kellhom ‘iħabbrulha kundizzjonijiet taʼ sliem,’ sabiex jagħtu lill-​abitanti l-​opportunità jbiddlu triqathom u jevitaw il-​gwerra. (Dewteronomju 20:10-​13) B’dan il-​mod, Alla wera li ma ‘jitgħaxxaqx bil-​mewt tal-​ħażin imma b’li xi ħadd ħażin idur lura minn triqtu u jibqaʼ jgħix.’—Eżekjel 33:11, 14-​16.b

Minn dan li għedna naraw li fil-​qedem, Alla kien iqis il-​gwerer bħala mod leġittimu taʼ kif iwaqqaf diversi forom taʼ moħqrija u ħażen. Imma kien Alla—u mhux il-​bniedem—li kellu d-​dritt jiddetermina meta gwerer bħal dawn kellhom jiġu miġġielda u min kellu jkun involut. U kien Alla ħerqan biex jiggwerra, għatxan għad-​demm? Għall-​kuntrarju! Fil-​fatt, jobgħod il-​vjolenza. (Salm 11:5) Inbidlet il-​ħarsa t’Alla lejn il-​gwerer meta Ibnu, Ġesù Kristu, beda l-​ministeru tiegħu fl-​ewwel seklu?

a Pereżempju, darba minnhom, l-​Iżraelin intgħelbu meta ggwerraw kontra l-​Għamalekin u l-​Kangħanin wara li Alla kien ikkmandahom ma jagħmlux dan. (Numri 14:41-​45) Ħafna snin wara, is-​sultan leali Ġosija daħal fi gwerra mingħajr l-​approvazzjoni t’Alla u din l-​azzjoni bla ħsieb swietlu ħajtu.—2 Kronaki 35:20-​24.

b L-​Iżraelin ma ħabbrux kundizzjonijiet taʼ sliem qabel ma ggwerraw kontra l-​Kangħanin. Għala le? Għax il-​Kangħanin kienu ngħataw 400 sena biex jikkoreġu l-​mogħdijiet ħżiena tagħhom. Sakemm l-​Iżraelin ġew biex jiggwerraw kontrihom, il-​Kangħanin, bħala grupp, kienu mill-​agħar għall-​aħħar. (Ġenesi 15:13-​16) B’hekk, kellhom jiġu meqrudin għalkollox. Madankollu, Kangħanin individwali li biddlu mogħdijiethom ġew salvati.—Ġożwè 6:25; 9:3-​27.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja