LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 11/1 pp. 6-7
  • Kif Alla jqis il-gwerer tal-ewwel seklu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Alla jqis il-gwerer tal-ewwel seklu
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Materjal Simili
  • Kif Alla jqis il-gwerer tal-qedem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Kif Alla jqis il-gwerer tal-lum
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Alla kif iqishom il-gwerer?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Imorru Flimkien il-Gwerra u l-Kristjanità?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 11/1 pp. 6-7

SUĠĠETT PRINĊIPALI | ALLA KIF IQISHOM IL-​GWERER?

Kif Alla jqis il-​gwerer tal-​ewwel seklu

In-​nies kienu qed jiġu maħqurin. Bħall-​antenati tagħhom, il-​Lhud tal-​ewwel seklu bla dubju talbu lil Alla bla heda għall-​ħelsien, din id-​darba mill-​moħqrija tal-​Imperu Ruman. Imbagħad semgħu b’Ġesù. Kien hu se jkun il-​Messija mwiegħed? Taʼ interess, ħafna ‘kienu qed jittamaw li dan ir-​raġel kien dak li kellu jeħles lil Israel’ mill-​moħqrija tar-​Rumani. (Luqa 24:21) Imma ma ġie l-​ebda ħelsien. Minflok, fis-​sena 70 WK, ġew l-​armati Rumani u qerdu lil Ġerusalemm u t-​tempju tagħha.

X’kien ġara? Alla għala ma ggwerrax għal-​Lhud bħalma kien għamel fil-​passat? Jew għala m’awtorizzahomx jiggwerraw biex jinħelsu mill-​oppressjoni? Kienet inbidlet il-​ħarsa t’Alla lejn il-​gwerra? Le. Imma nbidlet xi ħaġa drastika dwar il-​Lhud. Huma kienu ċaħdu lill-​Iben t’Alla, Ġesù, bħala l-​Messija. (Atti 2:36) Għalhekk, bħala nazzjon, tilef ir-​relazzjoni speċjali li kellu m’Alla.—Mattew 23:37, 38.

Il-​poplu Lhudi u l-​Art Imwiegħda tiegħu ma baqgħux igawdu protezzjoni divina, u lanqas qatt il-​Lhud ma setgħu jgħidu bi dritt li kienu se jiggwerraw bl-​approvazzjoni jew l-​appoġġ t’Alla. Bħalma kien bassar Ġesù, il-​barkiet assoċjati maʼ li jkollhom il-​favur t’Alla kienu ġew trasferiti minn fuq il-​poplu naturali taʼ Iżrael għal fuq poplu ġdid, poplu spiritwali, iktar tard imsemmi fil-​Bibbja bħala “l-​Israel t’Alla.” (Galatin 6:16; Mattew 21:43) Il-​kongregazzjoni taʼ Kristjani midlukin bl-​ispirtu wrew li kienu l-​Iżrael spiritwali t’Alla. Biċ-​ċar, fl-​ewwel seklu, intqalilhom: “Issa [intom] il-​poplu t’Alla.”—1 Pietru 2:9, 10.

Ladarba l-​Kristjani tal-​ewwel seklu issa saru “l-​poplu t’Alla,” iġġieled Alla għalihom, sabiex jilliberahom mill-​moħqrija Rumana? Jew awtorizzahom jiggwerraw kontra dawk li ħaqruhom? Le, m’għamilx dan. Għala le? Meta niġu għall-​gwerer ikkmandati minn Alla, Alla biss jiddetermina meta dawn il-​gwerer għandhom isiru, bħalma wera l-​artiklu taʼ qabel dan. Alla ma ggwerrax għall-​Kristjani tal-​ewwel seklu u lanqas ma awtorizzahom jieħdu sehem fi gwerer tal-​pajjiż. Jidher ċar li l-​ewwel seklu ma kienx iż-​żmien biex Alla jiggwerra kontra l-​ħażen u l-​moħqrija.

B’hekk, bħall-​qaddejja t’Alla tal-​qedem, dawk il-​Kristjani tal-​ewwel seklu kellhom jistennew sakemm kien il-​waqt biex Alla jġib fi tmiem il-​ħażen u l-​moħqrija. Sadanittant, huma ma kinux ġew awtorizzati minn Alla biex jiddeċiedu għalihom infushom jiggwerrawx kontra l-​għedewwa tagħhom. Ġesù Kristu għamel dan ċar fit-​tagħlim tiegħu. Pereżempju, ma dderiġiex lis-​segwaċi tiegħu jiggwerraw, pjuttost qalilhom: “Komplu ħobbu lill-​għedewwa tagħkom u itolbu għal dawk li qed jippersegwitawkom.” (Mattew 5:44) Meta bassar iż-​żmien meta Ġerusalemm tal-​ewwel seklu kellha tiġi attakkata mill-​armati Rumani, Ġesù qal lid-​dixxipli tiegħu biex jaħarbu, bħalma għamlu, u mhux biex jibqgħu hemm għall-​ġlied.—Luqa 21:20, 21.

Iżjed minn hekk, taħt ispirazzjoni, l-​appostlu Pawlu kiteb: “Tivvendikawx ruħkom, . . . għax hu miktub: ‘Il-​vendetta hi tiegħi; jien inħallas, jgħid Ġeħova.’” (Rumani 12:19) Pawlu kien qed jikkwota dak li kien qal Alla sekli qabel bħalma hu mniżżel f’​Levitiku 19:18 u f’​Dewteronomju 32:35. Bħalma rajna fl-​artiklu taʼ qabel dan, mod wieħed li bih Alla vvindika l-​poplu tiegħu fl-​antik kien billi għenhom jiggwerraw kontra l-​għedewwa tagħhom. B’hekk, il-​kliem taʼ Pawlu juri li l-​ħarsa t’Alla lejn il-​gwerer ma kinitx inbidlet. Fl-​ewwel seklu, Alla xorta qies il-​gwerra bħala mod leġittimu biex jivvendika lill-​qaddejja tiegħu u jġib fi tmiem id-​diversi forom taʼ moħqrija u ħażen. Madankollu, bħalma kien minnu fil-​passat, Alla biss iddetermina meta gwerer bħal dawn kellhom jiġu miġġielda u min kellu jkun involut.

Hu ċar li Alla m’awtorizzax lill-​Kristjani fl-​ewwel seklu biex jitqabdu fi gwerer. Imma xi ngħidu għal-​lum? Alla awtorizza lil xi grupp taʼ nies illum biex jieħu sehem fil-​gwerer? Jew wasal iż-​żmien biex Alla jintervieni u jiggwerra f’isem il-​qaddejja tiegħu? Alla kif iqis eżattament il-​gwerra llum? L-​aħħar artiklu f’din is-​serje se jwieġeb dawn il-​mistoqsijiet.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja