LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g17 Nru. 5 pp. 10-11
  • Il-gwerer

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-gwerer
  • Stenbaħ!—2017
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Għala l-​Iżraelin tal-​qedem kienu jmorru għall-​gwerra?
  • Iżomm Alla maʼ naħa jew oħra fil-​gwerer taʼ żmienna?
  • Qatt se jispiċċaw il-​gwerer?
  • Alla kif iqishom il-gwerer?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Kif Alla jqis il-gwerer tal-lum
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Aħna Għala Ma Niġġildux fil-Gwerer Bħalma Għamlu l-Iżraelin?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Kif Alla jqis il-gwerer tal-qedem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2017
g17 Nru. 5 pp. 10-11
Senter imkisser biċċiet

IL-​ĦARSA TAL-​BIBBJA

Il-gwerer

Fiż-​żmien tal-​qedem, l-​Iżraelin kienu jiggwerraw f’isem Ġeħova, Alla tagħhom. Ifisser dan li Alla japprova l-​gwerer taʼ żmienna?

Għala l-​Iżraelin tal-​qedem kienu jmorru għall-​gwerra?

DAK LI JGĦIDU XI NIES

L-​Iżraelin kienu jqimu “alla tal-​gwerra” krudil.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Il-​ġnus li l-​Iżraelin għelbu kienu vjolenti ħafna u jagħmlu affarijiet mill-​agħar—inkluż is-​sess mal-​annimali, mal-​qraba, u kif ukoll kienu jissagrifikaw lit-​tfal. Wara li tahom ċans għal sekli sħaħ biex ibiddlu l-​għemejjel tagħhom, Alla qal: “B’dawn l-​affarijiet kollha tħammġu l-​ġnus li qed inkeċċi ’l barra minn quddiemkom.”—Levitiku 18:21-​25; Ġeremija 7:31.

“Huwa minħabba l-​ħażen taʼ dawn il-​ġnus li Ġeħova Alla tiegħek qed ikeċċihom minn quddiemek.”—Dewteronomju 9:5.

Iżomm Alla maʼ naħa jew oħra fil-​gwerer taʼ żmienna?

GĦANDEK MNEJN INNOTAJT

F’ħafna gwerer, il-​mexxejja reliġjużi taż-​żewġ naħat jistqarru li Alla qed iżomm magħhom. “Ir-​reliġjon dejjem tinvolvi ruħha f’kull gwerra,” jgħid il-​ktieb The Causes of War.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Il-​Kristjani m’għandhomx permess jiġġieldu kontra l-​għedewwa tagħhom. L-​appostlu Pawlu kiteb lill-​Kristjani sħabu: “Jekk inhu possibbli, sakemm jiddependi minnkom, żommu l-​paċi mal-​bnedmin kollha. . . . Tivvendikawx ruħkom.”—Rumani 12:18, 19.

Minflok ma bagħat lis-​segwaċi tiegħu għall-​gwerra, Ġesù qalilhom: “Komplu ħobbu lill-​għedewwa tagħkom u itolbu għal dawk li qed jippersegwitawkom; sabiex turu li intom ulied Missierkom li hu fis-​smewwiet.” (Mattew 5:44, 45) Anki meta l-​pajjiż li jgħixu fih jidħol fi gwerra, il-​Kristjani għandhom jibqgħu newtrali, jiġifieri l-​ebda “parti mid-​dinja.” (Ġwanni 15:19) Ladarba Alla jrid li l-​adoraturi tiegħu mad-​dinja kollha jħobbu l-​għedewwa tagħhom u jibqgħu separati mid-​dinja, allura kif jistaʼ jkun li llum iżomm maʼ xi naħa jew oħra fil-​gwerer?

“Is-​saltna tiegħi mhix parti minn din id-​dinja. Kieku s-​saltna tiegħi kienet parti minn din id-​dinja, il-​qaddejja tiegħi kienu jiġġieldu biex ma ningħatax f’idejn il-​Lhud. Imma, tabilħaqq, is-​saltna tiegħi mhix ġejja minn hawn.”—Ġwanni 18:36.

Qatt se jispiċċaw il-​gwerer?

DAK LI JGĦIDU XI NIES

Ma nistgħux neħilsu mill-​gwerer. “Il-​gwerra għandha futur,” jgħid il-​ktieb War and Power in the 21st Century. “F’dan is-​seklu, m’hemm l-​ebda ċans li se jkun hemm paċi maʼ kullimkien u dejjiema.”

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Il-​gwerer se jispiċċaw meta ħadd ma jkollu x-​xewqa li jmur għall-​gwerra. F’konnessjoni maʼ dan, is-​Saltna t’Alla—gvern taʼ veru li qed imexxi mis-​smewwiet—dalwaqt se tneħħi l-​armi kollha mill-​art u se tgħallem il-​bnedmin biex jirsistu għall-​paċi. Il-​Bibbja tassigurana li Alla se “jirranġa l-​affarijiet kollha għall-​ġid taʼ ġnus setgħanin ’il bogħod. U jkollhom jaħdmu sjufhom f’sikek tal-​moħriet u l-​lanez tagħhom fi skieken taż-​żabra. Ma jerfgħux is-​sejf, ġens kontra ġens, u ma jitħarrġux iktar għall-​gwerra.”—Mikea 4:3.

Il-​Bibbja tgħallem li taħt it-​tmexxija tas-​Saltna t’Alla mhux se jkun hemm gvernijiet tad-​dinja jikkompetu maʼ xulxin għall-​interessi tagħhom stess, regoli mhux ġusti li jqanqlu ċ-​ċittadini biex jirribellaw, u lanqas preġudizzju li jħeġġeġ ir-​razziżmu. B’hekk, il-​gwerer se jisparixxu. Il-​bnedmin “ma se jagħmlu ebda ħsara jew ħerba,” iwiegħed Alla, “għax l-​art se tkun mimlija bl-​għarfien taʼ Ġeħova bħalma l-​ilmijiet jiksu l-​baħar.”—Isaija 11:9.

“Qed iwaqqaf il-​gwerer sa tarf l-​art. Il-​qaws jaqsmu fi tnejn u l-​lanza jkissirha biċċiet; il-​karrijiet jaħraqhom fin-​nar.”—Salm 46:9.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja