LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mrt artiklu 45
  • Ir-Russja Tattakka l-Ukrajna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ir-Russja Tattakka l-Ukrajna
  • Iktar Suġġetti
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Skont il-​Bibbja, l-​affarijiet li qed jiġru għala huma importanti?
  • Għala tistaʼ tkun pożittiv dwar il-​futur?
  • Min Hu “s-Sultan tat-Tramuntana” Llum?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Ir-Reliġjon u l-Gwerra fl-Ukrajna—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • “Is-Sultan tat-Tramuntana” fi Żmien it-Tmiem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Il-Kristjani u l-Gwerer—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
Ara Iżjed
Iktar Suġġetti
mrt artiklu 45
Mappa tal-​Ukrajna u l-​pajjiżi taʼ madwarha.

IBQAʼ ATTENT!

Ir-​Russja Tattakka l-​Ukrajna

Fl-​24 taʼ Frar 2022, kmieni filgħodu l-​armata tar-​Russja bdiet tattakka l-​Ukrajna, avolja mexxejja minn pajjiżi differenti pruvaw jevitaw gwerra. Din il-​ġlieda militari kif se teffettwa d-​dinja? Ftit ġranet ilu, is-​segretarju ġenerali tal-​Ġnus Magħquda, António Guterres, qal: “Ma nistgħux nimmaġinaw kemm din il-​ġlieda se ġġib tbatija, ħsara, u teffettwa s-​sigurtà tal-​pajjiżi fl-​Ewropa u mad-​dinja kollha.”

Skont il-​Bibbja, l-​affarijiet li qed jiġru għala huma importanti?

  • Ġesù Kristu kien qal li se jkun hemm żmien fejn “ġens iqum kontra ġens u saltna kontra saltna.” (Mattew 24:7) Biex tara kif il-​Bibbja turi li l-​gwerer li qed naraw huma parti mill-​profezija taʼ Ġesù, aqra l-​artiklu “X’inhu s-​sinjal tal-​‘aħħar jiem,’ jew ‘żmien it-​tmiem’?”

  • Il-​ktieb taʼ Rivelazzjoni jqabbel il-​gwerer maʼ rikkieb fuq ‘żiemel kulur in-​nar’ u “li jneħħi l-​paċi minn fuq l-​art.” (Rivelazzjoni 6:4) Aqra l-​artiklu “L-​erbaʼ rikkieba taż-​żwiemel—Min huma?” biex tara kif il-​profezija tal-​gwerer qed issir bħalissa.

  • Il-​ktieb taʼ Danjel kien qal li “s-​sultan tat-​tramuntana” u “s-​sultan tan-​nofsinhar” se jkunu kontra xulxin. (Danjel 11:25-​45) Ara l-​vidjow Profezija Mwettqa—Danjel Kapitlu 11 biex titgħallem għala r-​Russja u l-​pajjiżi li jgħinuha huma s-​sultan tat-​tramuntana.a

  • Rivelazzjoni jiddeskrivi “l-​gwerra tal-​jum il-​kbir t’Alla li Jistaʼ Kollox.” (Rivelazzjoni 16:14, 16) Imma dil-​gwerra mhux se tkun bejn il-​pajjiżi kif naraw bħalissa. Aqra l-​artiklu “X’inhi l-​battalja t’Armageddon?” biex issir taf iżjed dwar x’se jiġri f’din il-​gwerra.

Għala tistaʼ tkun pożittiv dwar il-​futur?

  • Il-​Bibbja tgħid li Alla se “jwaqqaf il-​gwerer sa tarf l-​art.” (Salm 46:9) Aqra l-​artiklu “Tama Vera għal Futur Aħjar” biex titgħallem dwar il-​futur li jwegħedna Alla.

  • Ġesù għallem lid-​dixxipli tiegħu biex jitolbu li tiġi s-​Saltna t’Alla. (Mattew 6:9, 10) Is-​Saltna hi gvern fis-​sema li se tagħmel dak li jrid Alla fuq l-​art. U Alla jrid li fid-​dinja kollha jkun hawn il-​paċi. Biex tara kif is-​Saltna se tgħinek, ara l-​vidjow X’inhi s-​Saltna t’Alla?

Hemm iktar minn 129,000 Xhud taʼ Ġeħova jgħixu fl-​Ukrajna. Bħax-​Xhieda taʼ Ġeħova mad-​dinja kollha, huma jimitaw lil Ġesù billi jibqgħu newtrali fil-​politika u ma jiħdux sehem fil-​gwerer. (Ġwanni 18:36) Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jkomplu jippritkaw “l-​aħbar tajba tas-​saltna” mad-​dinja kollha li hi l-​unika soluzzjoni għall-​problemi li għandna, inkluż il-​gwerer. (Mattew 24:14) Jekk tixtieq tkun taf iktar dwar it-​tama li tagħtina l-​Bibbja, jekk jogħġbok ikkuntattjana.

a Biex tkun taf iżjed dwar din il-​profezija, ara l-​artikli “‘Is-​Sultan tat-​Tramuntana’ fi Żmien it-​Tmiem” u “Min Hu ‘s-​Sultan tat-​Tramuntana’ Llum?”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja