LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mrt artiklu 87
  • Il-Ħajja Vegan—X’Tgħid il-Bibbja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Ħajja Vegan—X’Tgħid il-Bibbja?
  • Iktar Suġġetti
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Dak li jaħseb il-Ħallieq dwar in-nies u l-annimali
  • Is-soluzzjoni għall-futur aħjar
  • L-annimali
    Stenbaħ!—2015
  • L-annimali jmorru s-sema?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Jimpurtah Alla mill-Annimali?
    Stenbaħ!—2012
  • Il-​Kattiverija lejn l-​Annimali​—Hija Din Ħażina?
    Stenbaħ!—1998
Ara Iżjed
Iktar Suġġetti
mrt artiklu 87
Ħafna frott differenti, ħaxix, u ħwawar.

fcafotodigital/E+ via Getty Images

Il-Ħajja Vegan—X’Tgħid il-Bibbja?

Illum, ħafna nies madwar id-dinja huma interessati mid-dieta tal-vegan.

  • “Li tkun Vegan huwa mod taʼ kif tgħix u taħseb. Min hu vegan, jagħmel kulma jistaʼ biex jevita li jweġġaʼ jew juża l-annimali għall-ikel, għall-ħwejjeġ, jew għal kwalunkwe ħaġa oħra.”—The Vegan Society.

Xi nies isiru vegan mhux biss għax ma jixtiqux jweġġgħu l-annimali, imma biex ma jħammġux l-ambjent, ikollhom saħħa aħjar, jew minħabba dak li jemmnu fir-reliġjon tagħhom.

  • “Li persuna tkun vegan hu differenti minn dieti oħra li jagħmlu in-nies. Dan minħabba li jqisuha bħala xi ħaġa li temmen fiha, deċiżjoni bejn x’inhu tajjeb u ħażin, u mod għal kull persuna biex tirranġa d-dinja għall-aħjar.”—Britannica Academic.

Id-dinja se tkun aħjar jekk kulħadd jkun vegan? X’tgħid il-Bibbja?

Dak li jaħseb il-Ħallieq dwar in-nies u l-annimali

Il-Bibbja tgħidilna li l-Ħallieq tagħna, Alla Ġeħova,a iqis lin-nies iktar importanti mill-annimali u hu tagħna l-awtorità fuqhom. (Ġenesi 1:27, 28) Maż-żmien, Alla ħalla lin-nies jużaw l-annimali għall-ikel. (Ġenesi 9:3) Però, hu ma jridniex li nittrattawhom ħażin.—Proverbji 12:10.

Skont dak li tgħid il-Bibbja, din hi deċiżjoni personali.b Jekk niklux laħam jew le mhux se jagħmilna nies aħjar għal Alla. (1 Korintin 8:8) Ħadd m’għandu jiġġudika x’jagħżel ħaddieħor dwar x’jiekol jew ma jikolx.—Rumani 14:3.

Is-soluzzjoni għall-futur aħjar

Il-Bibbja tgħidilna li l-mod kif ngħixu ħajjitna mhux se jirranġa l-problemi fid-dinja. Ħafna problemi jiġu minħabba l-politika, in-nies taʼ madwarna, u s-sistema ekonomika taʼ din id-dinja, li ħadd minnha ma jistaʼ jirranġa. Il-Bibbja tgħid:

  • “Dak li hu mgħawweġ ma jistax jiġi drittat.”—Ekkleżjasti 1:15.

Il-Ħallieq tagħna se jirranġa l-problemi li hawn. Il-Bibbja tgħidilna b’mod figurattiv x’se jagħmel Alla.

  • “U rajt sema ġdid u art ġdida; għax is-sema taʼ qabel u l-art taʼ qabel kienu għaddew, u l-baħar ma kienx għadu jeżisti.”—Rivelazzjoni 21:1.

Alla se jneħħi l-gvernijiet li hawn fuq l-art, jew “is-sema taʼ qabel,” u jpoġġi “sema ġdid,” li hi s-Saltna tiegħu fis-sema. Is-Saltna t’Alla se tneħħi “l-art taʼ qabel,” jiġifieri n-nies li huma ħżiena, u se tmexxi “art ġdida,” jiġifieri n-nies li jridu jgħixu taħt is-Saltna t’Alla.

Matul it-tmexxija tas-Saltna t’Alla biss, in-nies se jitgħallmu jgħixu fil-paċi mal-annimali u jżommu l-ambjent nadif.—Isaija 11:6-9.

“Inħossni ħafna aħjar”

Jukka ġġieled għad-drittijiet tal-annimali, imma ħass li dak kollu li kien għamel ma għamilx differenza. Imbagħad hu sab l-aħjar soluzzjoni biex l-annimali ma jiġux trattati ħażin. Aqra l-istorja tiegħu.

a Ġeħova hu l-isem personali t’Alla.—Salm 83:18.

b Il-Bibbja tgħattina l-kmand biex ‘nibqgħu nirrifjutaw . . . id-demm.’ (Atti 15:28, 29) Dan ifisser li m’għandniex nixorbu demm jew nieklu laħam li ma ġiex skarnat, lanqas m’għandna nieklu ikel li żidulu d-demm fih.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja