LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 22
  • X’Inhi s-Saltna t’Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Inhi s-Saltna t’Alla?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-tweġiba tal-Bibbja
  • X’Inhi s-Saltna t’Alla?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Ġenna taʼ l-Art Dalwaqt!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Is-Saltna t’Alla—Superjuri f’Kollox
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Naqdu Lealment lil Kristu s-Sultan
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 22
Ġesù Kristu fuq it-tron bħala sultan tas-Saltna tˈAlla

X’Inhi s-Saltna t’Alla?

It-tweġiba tal-Bibbja

Is-Saltna t’Alla hi gvern reali stabbilit minn Alla Ġeħova. Fil-Bibbja, “is-saltna t’Alla” tissejjaħ ukoll “is-saltna tas-smewwiet” peress li taħkem mis-sema. (Marku 1:14, 15; Mattew 4:17) F’ħafna aspetti, din tixbah lill-gvernijiet umani, iżda hija superjuri għalihom b’kull mod.

  • Il-Ħakkiema. Alla ħatar lil Ġesù Kristu bħala s-Sultan tas-Saltna u tah iktar awtorità milli setaʼ jkollu kwalunkwe ħakkiem uman ieħor. (Mattew 28:18) Ġesù juża din il-qawwa għat-tajjeb biss, peress li diġà ta prova li hu Mexxej taʼ min joqgħod fuqu u mimli mogħdrija. (Mattew 4:23; Marku 1:40, 41; 6:31-34; Luqa 7:11-17) Taħt id-direzzjoni t’Alla, Ġesù għażel persuni mill-ġnus kollha li “se jsaltnu għal fuq l-art” miegħu fis-sema.—Rivelazzjoni 5:9, 10.

  • It-Tul tal-Ħakma. Kuntrarju għall-gvernijiet umani, li llum hawn u għada le, is-Saltna t’Alla “qatt ma tinqered.”—Danjel 2:44.

  • Is-Sudditi. Kull min jagħmel dak li jirrikjedi Alla jistaʼ jkun sudditu tas-Saltna t’Alla, hu min hu.—Atti 10:34, 35.

  • Il-Liġijiet. Il-liġijiet (jew kmandamenti) tas-Saltna t’Alla jipprojbixxu kondotta ħażina. Imma mhux hekk biss—dawn jgħinu lis-sudditi tagħha jkollhom morali għoljin. Pereżempju, il-Bibbja tgħid: “‘Ħobb lil Ġeħova Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha u b’moħħok kollu.’ Dan hu l-akbar u l-ewwel kmandament. It-tieni jixbhu u hu dan, ‘Ħobb lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.’” (Mattew 22:37-39) L-imħabba lejn Alla u lejn il-proxxmu tqanqal lis-sudditi tas-Saltna biex jaġixxu fl-aħjar interessi tal-oħrajn.

  • L-Edukazzjoni. Filwaqt li s-Saltna t’Alla tistabbilixxi livelli għoljin għas-sudditi tagħha, tgħallem ukoll lin-nies kif jilħqu dawn il-livelli.—Isaija 48:17, 18.

  • L-Għan. Il-ħakkiema tas-Saltna t’Alla ma jistagħnewx minn fuq dahar is-sudditi tagħha. Minflok, din se twettaq ir-rieda t’Alla, inkluż il-wegħda li dawk li jħobbuh jgħixu għal dejjem f’art magħmula ġenna.—Isaija 35:1, 5, 6; Mattew 6:10; Rivelazzjoni 21:1-4.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja