LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwyp artiklu 21
  • Kemm Jien Responsabbli?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kemm Jien Responsabbli?
  • Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Eżamina lilek innifsek!
  • Xi jfisser li tkun responsabbli?
  • Għala għandi nkun nixtieq inkun responsabbli?
  • Kif nistaʼ nkun iktar responsabbli?
  • X’nistaʼ nagħmel biex il-ġenituri jafdawni?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Kif Nistaʼ Nikseb Iktar Libertà?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
  • It-Trobbija taʼ l-Adoloxxenti—L-Irwol taʼ l-Għerf
    Stenbaħ!—2008
  • Kif Nistaʼ Nsir Naf Aħjar lill-Ġenituri Tiegħi?
    Stenbaħ!—2010
Ara Iżjed
Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
ijwyp artiklu 21

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU

Kemm Jien Responsabbli?

  • Eżamina lilek innifsek!

  • Xi jfisser li tkun responsabbli?

  • Għala għandi nkun nixtieq inkun responsabbli?

  • Kif nistaʼ nkun iktar responsabbli?

Eżamina lilek innifsek!

  • Jien . . . dejjem, kważi dejjem, kultant, jew qatt ma nkun

    • onest

    • taʼ min joqgħod fuqi

    • puntwali

    • bieżel

    • organizzat

    • t’għajnuna

    • ġust

    • rispettuż

  • Liema minn dawn il-kwalitajiet tispikka l-iżjed fik?

    Proset, ibqaʼ sejjer hekk!​—Filippin 3:16.

  • Fuq liema kwalità trid taħdem l-iktar?

L-informazzjoni li ġejja se tgħinek titjieb f’dan l-aspett.

Xi jfisser li tkun responsabbli?

Nies responsabbli jwettqu d-dmirijiet tagħhom fid-dar, fl-iskola, u fil-komunità. Huma jagħrfu li jridu jagħtu kont għall-azzjonijiet tagħhom. Allura meta jiżbaljaw, jammettuh, jiskużaw ruħhom, u jagħmlu minn kollox biex jirranġaw l-iżball.

Il-Bibbja tgħid: “Kull wieħed iġorr it-tagħbija tiegħu.”​—Galatin 6:5.

Għala għandi nkun nixtieq inkun responsabbli?

Bniedem responsabbli juża t-talenti tiegħu b’mod għaqli u hemm iżjed probabbiltà li jiġi rispettat, li jiġi trattat bħala adult, u li jingħata libertà u privileġġi.

Il-Bibbja tgħid: “Rajt lil xi ħadd tas-sengħa f’xogħlu? Quddiem is-slaten se joqgħod.”​—Proverbji 22:29.

Bniedem responsabbli ġeneralment ikun ġeneruż u x’aktarx li iktar igawdi ħbiberiji sodisfaċenti.

Il-Bibbja tgħid: “Idraw agħtu, u n-nies jagħtukom.”​—Luqa 6:38.

Bniedem responsabbli jħoss sens taʼ sodisfazzjon u kburija xierqa, u dan jagħmlu iktar kunfidenti fih innifsu.

Il-Bibbja tgħid: “Kull wieħed ħa jagħti prova taʼ x’inhu għemilu, u mbagħad ikollu għalxiex jifraħ b’dak li jagħmel hu stess.”​—Galatin 6:4.

Kif nistaʼ nkun iktar responsabbli?

Biex jgħinuk twieġeb din il-mistoqsija, ħares lejn l-istqarrijiet li ġejjin. Liema minnhom jiddeskrivu l-aħjar kif tħossok int?

“Kemm niddejjaq niġi trattata bħal tifla żgħira, li ma tistax tgħaddi siegħa mingħajr ma jkollha tikkuntattja lill-Mummy u d-Daddy!”​—Kerri.

“Il-ġenituri tiegħi ġeneralment iħalluni noħroġ maʼ sħabi mingħajr inkwiet.”​—Richard.

“Meta nara żgħażagħ oħra daqsi u nara xi jħalluhom jagħmlu, ngħid bejni u bejn ruħi: ‘Illaħwa! Lili għax ma jħallunix nagħmel hekk il-ġenituri tiegħi?’”​—Anne.

“Il-ġenituri tiegħi bażikament iħalluna nagħmel li rrid. Jien grata lejhom li jagħtuni l-libertà li għandi.”​—Marina.

Il-konklużjoni: Xi żgħażagħ jingħataw iktar libertà minn oħrajn. X’jistaʼ jagħmel id-differenza?

Fatt tal-ħajja: Spiss, l-ammont taʼ libertà li tingħata jkun determinat minn kemm tkun ksibt fiduċja.

Pereżempju, ikkunsidra x’għandhom xi jgħidu tnejn miż-żgħażagħ kwotati qabel.

Richard: “Kien hemm żmien li l-ġenituri tiegħi kienu dubjużi jekk il-libertà stajtx nużaha bil-għaqal. Imma issa jafdawni għaliex użajt il-libertà tiegħi b’mod responsabbli. Ma nigdibx lill-ġenituri dwar fejn inkun sejjer jew maʼ min se noħroġ. Fil-fatt, ġeneralment ngħid lill-ġenituri x’se nagħmel mingħajr ma jkollhom għalfejn jistaqsuni.”

Marina: “Lill-ġenituri tiegħi darbtejn gdibtilhom f’ħajti kollha, u d-darbtejn inqbadt. Minn dak iż-żmien ’il quddiem, kont onesta mal-ġenituri tiegħi. Pereżempju, dejjem ngħidilhom x’se nagħmel, u mbagħad inċemplilhom meta nkun barra. Issa jafdawni ħafna iktar.”

Int xi tpoġġi l-ewwel​—ix-xogħol tad-dar jew ir-rikreazzjoni?

Tixtieq li tiġi trattat iktar bħal Richard u Marina? Mela eżamina lilek innifsek fl-oqsma li ġejjin:

L-IMĠIBA TIEGĦEK FID-DAR

  • Tlestih b’mod responsabbli x-xogħol li tingħata fid-dar?

  • Iżżomm b’mod strett mal-ħin li l-ġenituri jkunu jriduk id-dar?

  • Tittratta lill-ġenituri u lil ħutek b’rispett?

Fuq liema minn dawn il-punti forsi għandek bżonn taħdem?

Il-Bibbja tgħid: “Obdu lill-ġenituri tagħkom.”​—Efesin 6:1.

L-EDUKAZZJONI TIEGĦEK

  • Tlesti l-ħowmwerk fil-ħin?

  • Qed tagħmel sforz biex ittejjeb il-marki tiegħek?

  • Għandek drawwiet taʼ studju tajbin?

Fuq liema minn dawn il-punti forsi għandek bżonn taħdem?

Il-Bibbja tgħid: “L-għerf hu protezzjoni.” (Ekkleżjasti 7:12) Edukazzjoni tajba se tgħinek tiżviluppa l-għerf.

IR-REPUTAZZJONI TIEGĦEK

  • Onest int mal-ġenituri tiegħek u m’oħrajn?

  • Tuża l-flus b’mod għaqli?

  • Għandek reputazzjoni li int taʼ min joqgħod fuqek?

Fuq liema minn dawn il-punti forsi għandek bżonn taħdem?

Il-Bibbja tgħid: ‘Ilbes il-personalità l-ġdida.’ (Efesin 4:24) Int tistaʼ ttejjeb il-kwalitajiet u r-reputazzjoni tiegħek.

Suġġeriment: Agħżel qasam li fih għandek bżonn titjieb. Tkellem m’oħrajn li jispikkaw f’dan il-qasam, u itlobhom xi pariri. Ikteb modi speċifiċi kif se taħdem fuq din il-kwalità, u mbagħad għal xahar żomm nota biex tara l-progress tiegħek. Fi djarju ikteb meta jirnexxilek u meta jkun hemm xi ħaġa li titfgħak lura. Ara kif tkun mort fl-aħħar tax-xahar.

“L-ammont taʼ indipendenza li jagħtu l-ġenituri jkun ibbażat fuq kif żagħżugħ juża l-indipendenza li diġà għandu. Użaha bil-għaqal, u għandhom mnejn ikunu lesti jagħtuk iktar.”​—Tyler.

“Anki l-ġenituri qed jitgħallmu dwar kemm għandhom jagħtu indipendenza lil uliedhom. Allura tiħodhiex kontriehom jekk ma jagħtukx libertà kemm tixtieq.”​—Aislyn.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja