LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwyp artiklu 75
  • X’nistaʼ nagħmel jekk ħabib iweġġagħni?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’nistaʼ nagħmel jekk ħabib iweġġagħni?
  • Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Dak li għandek tkun taf
  • Dak li tistaʼ tagħmel
  • Il-Ħabib Tiegħi Għala Weġġagħni?
    Stenbaħ!—2000
  • X’inhi l-​maħfra?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Tfixklux lil “Dawn iċ-Ċkejknin”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Kif tkun ħabib tajjeb?
    Stenbaħ!—2014
Ara Iżjed
Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
ijwyp artiklu 75
Tfajla tgħid kliem li jweġġaʼ lil tfajla oħra

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU

X’nistaʼ nagħmel jekk ħabib iweġġagħni?

  • Dak li għandek tkun taf

  • Dak li tistaʼ tagħmel

  • Dak li jgħidu żgħażagħ oħra

Dak li għandek tkun taf

  • Kull ħbiberija jkollha xi problemi. Peress li l-ħabib tiegħek huwa imperfett, forsi jagħmel jew jgħid xi ħaġa li tweġġgħek, anki jekk tqisu bħala l-ikbar ħabib tiegħek. Ovvjament, anki int imperfett. Allura, jekk tkun onest miegħek innifsek, tistaʼ tgħid li qatt ma nqast lil ħadd?—Ġakbu 3:2.

  • Bl-internet jistaʼ jkun iktar faċli li tweġġaʼ. Pereżempju, żagħżugħ jismu David jgħid: “Meta tkun onlajn u tara r-ritratti taʼ ħabib li ġie mistieden xi mkien, forsi tibda taħseb għala ma stidnukx. Imbagħad tistaʼ tibda tħossok diżappuntat u mdejjaq.”

  • Tistaʼ titgħallem tiffaċċja l-problema.

Dak li tistaʼ tagħmel

Eżamina lilek innifsek. Il-Bibbja tgħid: “Tgħaġġilx biex tieħu għalik, għax l-istupidi jieħdu għalihom u jżommu f’qalbhom.”—Ekkleżjasti 7:9.

“Kultant, wara li tkun għaddiet il-kwistjoni, tirrealizza li tkun għamilthom bi kbar.”—Alyssa.

Aħseb dwar dan: Għandek vizzju tkun sensittiv iżżejjed? Tistaʼ int titgħallem taċċetta iktar l-imperfezzjonijiet t’oħrajn?—Ekkleżjasti 7:21, 22.

Ftakar fil-benefiċċji li jiġu milli taħfer. Il-Bibbja tgħid: ‘Hija ħaġa sabiħa li tħalli nuqqas għaddej.’—Proverbji 19:11.

“Anki jekk tħoss li għandek raġun, hu tajjeb li taħfer mill-qalb. Dan ifisser li ma terġax tfakkar l-iżball lil din il-persuna u ġġegħelha terġaʼ tiskuża ruħha. Jekk ħfirt, terġax issemmi l-iżball.”—Mallory.

Aħseb dwar dan: Hi din is-sitwazzjoni importanti daqshekk? Tistaʼ int taħfer biex iżżomm il-paċi?—Kolossin 3:13.

Tħalli arja kiesħa tidħol f’kamra sħuna

Li tibqaʼ ssemmi kull problema fi ħbiberija hu bħal li ddaħħal arja kiesħa f’kamra sħuna billi kontinwament tiftaħ u tagħlaq il-bieb għalxejn

Aħseb ukoll fil-persuna l-oħra. Il-Bibbja tgħid: “Tfittxux l-interessi persunali tagħkom biss, imma wkoll l-interessi persunali taʼ l-oħrajn.”—Filippin 2:4.

“Meta fi ħbiberija jkun hemm l-imħabba u r-rispett, ikollok raġuni tajba biex issolvi l-problemi malajr għax ma tkunx tixtieq titlef dak kollu li bnejt.”—Nicole.

Aħseb dwar dan: Tistaʼ almenu tipprova tara jekk il-persuna l-oħra għandhiex xi ftit raġun?—Filippin 2:3.

L-iktar ħaġa importanti: Li tkun taf kif tikkontrolla s-sentimenti tiegħek meta tħossok imweġġgħa hi abbiltà li se tgħinek ħafna meta tikber. Għala ma titgħallimx tagħmel dan minn issa?

Dak li jgħidu żgħażagħ oħra

Kiana

“Mhux dejjem ikun hemm bżonn li titkellem dwar il-kwistjoni. Jekk nistaʼ nagħlaq għajnejja, nagħmel hekk. Huwa dan li jġib il-paċi, u mhux li ssemmi kull problema li tinqalaʼ.”—Kiana.

Treigh

“F’kull sitwazzjoni, insaqsi lili nnifsi, ‘Hi din il-kwistjoni kbira tant li lest li nitlef ħabib?’ It-tweġiba rari tkun iva, għax dejjem insibha aħjar li naħfer.”—Treigh.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja