LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 143
  • Huwa dnub li tpejjep?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Huwa dnub li tpejjep?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-tweġiba tal-Bibbja
  • L-użu tal-marijuana u drogi oħra għall-gost—Il-Bibbja titkellem dwarhom?
  • X’Għandi Nkun Naf Dwar it-Tipjip?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
  • It-tipjip—Kif iqisu Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Għala Tieqaf Tpejjep?
    Stenbaħ!—2000
  • Kun Lest għal Meta Ssibha Diffiċli
    Stenbaħ!: Kif Tistaʼ Taqtaʼ s-Sigaretti
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 143
Raġel ipejjep sigarett

Huwa dnub li tpejjep?

It-tweġiba tal-Bibbja

Il-Bibbja ma ssemmix it-tipjipa jew xi użu ieħor tat-tabakk. Però, fiha prinċipji li juru li Alla ma jiħux pjaċir b’vizzji ħżiena li jagħmlu ħsara l-ġisem. Allura hu jqis it-tipjip bħala dnub.

  • Rispett lejn il-ħajja. “Alla . . . jagħti lil kulħadd il-ħajja u n-nifs.” (Atti 17:24, 25) Ladarba l-ħajja hi rigal mingħand Alla, m’għandna nagħmlu xejn li jqassrilna ħajjitna, inkluż li npejpu. Madwar id-dinja, it-tipjip hu wieħed mill-akbar kaġuni taʼ mewt li tistaʼ tiġi evitata.

  • Imħabba lejn ħaddieħor. “Ħobb lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.” (Mattew 22:39) Mhuwiex att taʼ mħabba li tpejjep maġenb nies oħra. Dawk li b’mod regolari jibilgħu d-duħħan mis-sigaretti taʼ ħaddieħor għandhom iktar ċans li jaqbadhom ċertu mard li ġeneralment ikollu min ipejjep.

  • Il-bżonn li tkun qaddis. ‘Ippreżentaw ġisimkom bħala sagrifiċċju ħaj, qaddis, u aċċettabbli għal Alla.’ (Rumani 12:1) “Ħa nitnaddfu minn kull tinġis tal-laħam u taʼ l-ispirtu, u nipperfezzjonaw il-qdusija fil-biżaʼ t’Alla.” (2 Korintin 7:1) It-tipjip huwa kontra n-natura tal-ġisem u m’għandu xejn x’jaqsam maʼ li tkun qaddis—jiġifieri, nadif u pur—għax min juża t-tabakk, minn jeddu jagħżel li jiblaʼ tossiċi li jistgħu jkunu taʼ ħsara kbira għal saħħtu.

L-użu tal-marijuana u drogi oħra għall-gost—Il-Bibbja titkellem dwarhom?

Il-Bibbja ma ssemmix il-marijuana (li tissejjaħ ukoll ħaxixa u kannabis) jew drogi simili oħra b’isimhom. Imma l-Bibbja fiha prinċipji li juru li hu ħażin li wieħed juża għall-gost sustanzi bħal dawn, li jġibuk tiddependi minnhom. Apparti l-prinċipji li diġà semmejna, hemm iktar prinċipji li japplikaw, bħal:

  • Il-bżonn li jkollok kontroll fuq moħħok. “Ħobb lil Ġeħova Alla tiegħek . . . b’moħħok kollu.” (Mattew 22:37, 38) “Ibqgħu f’sensikom għalkollox.” (1 Pietru 1:13) Persuna li tieħu d-droga ma tkunx tistaʼ tikkontrolla moħħha għalkollox, u ħafna nies saħansitra jsiru jiddependu minnha. Minflok ma jiffokaw fuq ħsibijiet pożittivi, huma jkunu moħħhom fuq min fejn se jġibu d-droga biex jiħduha.—Filippin 4:8.

  • Ubbidjenza lejn il-liġi tal-gvern. ‘Kunu ubbidjenti lejn il-gvernijiet u l-awtoritajiet.’ (Titu 3:1) F’ħafna pajjiżi, hemm liġijiet stretti li jikkontrollaw l-użu taʼ ċerti drogi. Jekk irridu nogħġbu lil Alla, għandna nobdu l-awtoritajiet tal-gvern.—Rumani 13:1.

It-tabakk u saħħtek

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tikkalkula li kull sena, madwar sitt miljun persuna tmut b’marda li għandha x’taqsam mat-tabakk. Apparti minn hekk, hemm iktar minn 600,000 persuna li ma tpejjipx imma li tiġi effettwata mit-tipjip taʼ ħaddieħor. Ikkunsidra kif it-tabakk jeffettwa s-saħħa taʼ dawk li jużawh u taʼ dawk li jkunu madwarhom.

Il-kanċer. Id-duħħan tat-tabakk fih iktar minn 50 kimika li tipproduċi l-kanċer. L-Encyclopædia Britannica tgħid li “hu mifhum li 90 fil-mija tal-kanċer fil-pulmun” jiġi minħabba d-duħħan tat-tabakk. Id-duħħan tat-tabakk jistaʼ jġib il-kanċer f’organi oħra, inkluż il-ħalq, it-trakea, l-esofagu, il-griżmejn, il-fwied, il-frixa, u l-bużżieqa tal-awrina.

Mard relatat man-nifs. Id-duħħan tat-tabakk iżid ir-riskju taʼ mard li għandu x’jaqsam man-nifs, bħall-pneumonia (tip taʼ marda fil-pulmun) u l-influwenza. Tfal li jkunu regolarment ħdejn nies li jpejpu għandhom iktar ċans li jbatu minn ażma u sogħla li ddum għal ħafna żmien. Barra minn hekk, il-pulmun tagħhom jistaʼ ma jikbirx biżżejjed u ma jaħdimx kif suppost.

Mard tal-qalb. Dawk li jpejpu għandhom iktar ċans li jkollhom puplesija jew mard tal-qalb. Il-carbon monoxide, li jinsab fid-duħħan tat-tabakk, jgħaddi faċilment mill-pulmun għal ġod-demm li jiġri fil-ġisem, fejn hemmhekk ineħħi l-ossiġnu u jieħu postu. Peress li jkun hemm inqas ossiġnu fid-demm, il-qalb ikollha taħdem iktar biex iddawwar l-ossiġnu mal-ġisem.

Effetti fuq it-tqala. Nisa li jpejpu waqt it-tqala jżidu r-riskju li t-tarbija tagħhom titwieled qabel iż-żmien, b’inqas piż min-normal, jew b’difetti bħal meta x-xoffa ma tiffurmax sew (cleft lip). Trabi bħal dawn jistgħu wkoll ikollhom problemi relatati man-nifs jew sindromu taʼ mewt għal għarrieda (SIDS).

a Hawnhekk, il-kelma “tipjip” tirreferi għal li wieħed ipejjep it-tabakk permezz taʼ sigarett, sigarru, pipa, jew xixa (water pipes). Minkejja dan, il-prinċipji li se niddiskutu japplikaw ukoll għal li wieħed jomgħod it-tabakk, jisniffjah, juża sigaretti elettroniċi li fihom in-nikotina, u prodotti simili.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja