LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 152
  • Il-Bibbja x’tgħid dwar ir-rabja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Bibbja x’tgħid dwar ir-rabja?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-tweġiba tal-Bibbja
  • Ir-rabja dejjem hi ħażina?
  • Ir-rabja meta hi ħażina?
  • Int kif tistaʼ tikkontrolla r-rabja?
  • Is-saħħa emozzjonali
    Stenbaħ!—2019
  • Tħallix il-Korla Tfixklek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • “Id-dehen ta’ bniedem itaffilu r-rabja tiegħu”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Kif tistaʼ tikkontrolla r-rabja?
    Għajnuna għall-Familja
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 152
Ponn

Il-Bibbja x’tgħid dwar ir-rabja?

It-tweġiba tal-Bibbja

Il-Bibbja tgħallem li rabja mhux ikkontrollata hi taʼ ħsara, kemm għall-persuna li żżomm ġo fiha r-rabja u kemm għal dawk taʼ madwarha. (Proverbji 29:22) Għalkemm ir-rabja xi kultant tkun ġustifikata, il-Bibbja tgħid li dawk li jibqgħu rrabjati ma jiksbux is-salvazzjoni. (Galatin 5:19-21) Il-Bibbja fiha prinċipji li jistgħu jgħinu persuna tikkontrolla r-rabja.

  • Ir-rabja dejjem hi ħażina?

  • Ir-rabja meta hi ħażina?

  • Int kif tistaʼ tikkontrolla r-rabja?

  • Versi tal-Bibbja dwar ir-rabja

Ir-rabja dejjem hi ħażina?

Le. Xi kultant ir-rabja tkun ġustifikata. Pereżempju, ir-raġel leali Neħemija ‘rrabja ħafna’ meta sar jaf li xi wħud mill-adoraturi sħabu kienu qed jiġu maħqura.—Neħemija 5:6.

Xi kultant, Alla jħossu rrabjat. Pereżempju, meta n-nies tiegħu tal-qedem ma żammewx mal-arranġament li jqimu lilu biss u bdew jaqdu allat foloz, “ir-rabja taʼ Ġeħova xegħlet” kontrihom. (Imħallfin 2:13, 14) Minkejja dan, ir-rabja mhijiex aspett dominanti tal-personalità t’Alla Ġeħova. Ir-rabja tiegħu hi dejjem ġustifikata u kkontrollata.—Eżodu 34:6; Isaija 48:9.

Ir-rabja meta hi ħażina?

Ir-rabja hi ħażina meta ma tkunx ikkontrollata jew ġustifikata. Spiss dan hu l-każ meta juruha l-bnedmin imperfetti. Pereżempju:

  • Kajjin “imtela b’rabja kbira” meta Alla m’aċċettax is-sagrifiċċju tiegħu. Kajjin ħalla r-rabja tinġemaʼ ġo fih sal-punt li qatel lil ħuh.—Ġenesi 4:3-8.

  • Il-profeta Ġona “għadab għall-aħħar” meta Alla wera ħniena man-nies taʼ Ninwe. Alla kkoreġa lil Ġona u qallu li ma kellux ‘għalfejn jagħdab daqshekk’ u li messu ġietu ħniena minn dawk il-midinbin li nidmu.—Ġona 3:10–​4:1, 4, 11.a

Dawn iż-żewġ eżempji juru li jekk ma tkunx ikkontrollata u ġustifikata, “il-korla tal-bniedem ma twettaqx dak li hu sewwa f’għajnejn Alla.”—Ġakbu 1:20.

Int kif tistaʼ tikkontrolla r-rabja?

  • Irrikonoxxi l-periklu taʼ rabja mhux ikkontrollata. Xi wħud iħossu li jekk jisfogaw ir-rabja tagħhom juru li għandhom karattru sod. Il-verità hi li xi ħadd li ma jistax jikkontrolla r-rabja tiegħu għandu dgħufija serja. “Bħal belt miftuħa u bla ħitan, hekk hu l-bniedem li ma jitrażżanx.” (Proverbji 25:28; 29:11, Il-Bibbja, Għaqda Biblika Maltija) Mill-banda l-oħra, meta nikkultivaw l-abbiltà li nikkontrollaw ir-rabja tagħna, aħna nuru li għandna karattru sod u d-dixxerniment. (Proverbji 14:29) Il-Bibbja tgħid: “Min ma jirrabjax malajr hu aħjar minn raġel setgħan.”—Proverbji 16:32.

  • Tgħallem ikkontrolla r-rabja qabel ma ġġiegħlek tagħmel xi ħaġa u mbagħad jiddispjaċik. Salm 37:8 jgħid: “Itlaq ir-rabja u ħalli d-dagħdigħa.” Iżid jgħid ukoll: “Titbaqbaqx, u b’hekk tagħmel il-ħażen.” Innota li meta nkunu rrabjati, għandna għażla. Nistgħu nagħżlu li nitilqu r-rabja ħalli ma naslux sal-punt li ‘nagħmlu l-ħażen.’ Bħalma jgħid Efesin 4:26: “Jekk tinkorlaw, tidinbux.”

  • Jekk hu possibbli itlaq meta tibda tħossok irrabjat. “Il-bidu tal-ġlied hu bħal xi ħadd li jħalli l-ilmijiet joħorġu,” tgħid il-Bibbja. “Qabel ma tfaqqaʼ t-tilwima, warrab.” (Proverbji 17:14) Għalkemm hu għaqli li tirranġa d-differenzi m’oħrajn malajr kemm jistaʼ jkun, hemm bżonn li kemm int u kemm il-persuna l-oħra tikkalmaw qabel tkunu tistgħu tiddiskutu l-affarijiet fil-paċi.

  • Sir af il-fatti. “Id-dehen taʼ bniedem itaffilu r-rabja tiegħu,” jgħid Proverbji 19:11. Inkunu għaqlin jekk ikollna l-fatti kollha qabel ma naslu għal konklużjoni. Meta ma nisimgħux biss qanpiena waħda, se jkun hemm inqas ċans li jkollna rabja mhux ġustifikata.—Ġakbu 1:19.

  • Itlob għall-paċi tal-moħħ. It-talb jistaʼ jgħinek tesperjenza “l-paċi t’Alla li tisboq kull ħsieb.” (Filippin 4:7) It-talb hu wieħed mill-modi prinċipali li permezz tiegħu nirċievu l-ispirtu t’Alla. Dan jistaʼ jgħinna niżviluppaw kwalitajiet bħall-paċi, il-paċenzja, u r-rażan.—Luqa 11:13; Galatin 5:22, 23.

  • Agħżel bil-għaqal maʼ min tagħmilha. Aħna għandna t-tendenza li nsiru bħan-nies li nagħmluha magħhom. (Proverbji 13:20; 1 Korintin 15:33) Mhux taʼ b’xejn li l-Bibbja twissi: “Tissiħibx maʼ min jirrabja malajr; u tagħmilhiex maʼ bniedem li jisbel.” Għala? “Sabiex ma ssirx midħla taʼ mogħdijietu għax żgur ikun nassa għal ruħek.”—Proverbji 22:24, 25.

Versi tal-Bibbja dwar ir-rabja

Proverbji 16:32: “Min ma jirrabjax malajr hu aħjar minn raġel setgħan.”

Tifsira: Hu sinjal li jkollok karattru sod jekk tikkontrolla r-rabja tiegħek.

Proverbji 17:14: “Il-bidu tal-ġlied hu bħal xi ħadd li jħalli l-ilmijiet joħorġu; mela qabel ma tfaqqaʼ t-tilwima, warrab.”

Tifsira: Jekk tibda tħoss it-tempra tielgħa, itlaq minn hemm.

Proverbji 19:11: “Id-dehen taʼ bniedem itaffilu r-rabja tiegħu.”

Tifsira: Nistgħu nevitaw li nirrabjaw bla bżonn billi nikkunsidraw il-fatti kollha taʼ sitwazzjoni minflok ma naslu għal konklużjoni qabel ma nkunu nafu kulma jkun ġara.

Proverbji 22:24, 25: “Tissiħibx maʼ min jirrabja malajr; u tagħmilhiex maʼ bniedem li jisbel, sabiex ma ssirx midħla taʼ mogħdijietu.”

Tifsira: Jekk nagħmluha maʼ nies li jirrabjaw malajr, x’aktarx li se nsiru bħalhom.

Proverbji 29:11: “L-istupidu jisfoga r-rabja għalkollox.”

Tifsira: Inkunu għaqlin jekk nikkontrollaw l-emozzjonijiet tagħna minflok ma nħallu lilhom jikkontrollawna.

Galatin 5:​22, 23: “Il-frott taʼ l-ispirtu hu l-imħabba, il-ferħ, il-paċi, is-sabar fit-tul, il-qalb tajba, it-tjubija, il-fidi, il-ħlewwa, [u] r-rażna.”

Tifsira: Bl-għajnuna tal-ispirtu t’Alla, jew il-qawwa tiegħu fl-azzjoni, nistgħu niżviluppaw kwalitajiet li jgħinuna negħlbu r-rabja.

Efesin 4:​26: “Jekk tinkorlaw, tidinbux.”

Tifsira: Ġieli se nħossuna rrabjati, imma nistgħu nikkontrollaw ir-rabja bil-mod kif naġixxu.

Ġakbu 1:​19: “Kull bniedem irid ikun ħafif biex jismaʼ, tqil biex jitkellem, tqil biex jinkorla.”

Tifsira: Nistgħu nevitaw li nirrabjaw billi nkunu semmiegħa tajbin.

a Milli jidher, Ġona aċċetta l-korrezzjoni u ma baqax irrabjat, għax Alla użah biex jikteb is-silta tal-Bibbja li tissejjaħ b’ismu.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja