LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwhf artiklu 1
  • Kif tistaʼ tikkontrolla r-rabja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif tistaʼ tikkontrolla r-rabja?
  • Għajnuna għall-Familja
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Dak li għandek tkun taf
  • Dak li tistaʼ tagħmel
  • Il-Bibbja x’tgħid dwar ir-rabja?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Meta Jkun Hemm Nuqqas taʼ Qbil fiż-Żwieġ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Tħallix il-Korla Tfixklek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • “Id-dehen ta’ bniedem itaffilu r-rabja tiegħu”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
Ara Iżjed
Għajnuna għall-Familja
ijwhf artiklu 1
Mara rrabjata minħabba li r-​raġel tagħha qed jara t-​televixin waqt li hi taħsel il-​platti

GĦAJNUNA GĦALL-FAMILJA

Kif tistaʼ tikkontrolla r-rabja?

Ir-​raġel jew il-​mara tiegħek tgħid jew tagħmel xi ħaġa li tirrabjak, u int tipprova żżomm kollox ġewwa. Imma mbagħad hu jew hi tinduna li għandek xi ħaġa u tipprova tara x’inhi. Dan jirritak saħansitra iktar. Kif tistaʼ tikkontrolla r-​rabja f’sitwazzjonijiet bħal dawn?

  • Dak li għandek tkun taf

  • Dak li tistaʼ tagħmel

Dak li għandek tkun taf

  • Ma jagħmillekx ġid li tirrabja. Ir-​riċerka turi li rabja mhux ikkontrollata żżid ir-​riskju taʼ pressjoni għolja, mard tal-​qalb, dipressjoni, u problemi diġestivi. Sabu wkoll li r-​rabja għandha x’taqsam maʼ nuqqas taʼ rqad, iktar ansjetà, problemi fil-​ġilda, u puplesija. Il-​Bibbja għandha raġunijiet tajbin għala tgħidilna biex ‘nitilqu r-​rabja,’ għax din tistaʼ biss twassal għall-​ħsara.—Salm 37:8.

  • Li żżomm ir-​rabja kollha fik ukoll mhux taʼ ġid. Il-​fatt li nibqgħu nħossuna rrabjati jistaʼ jiġi mqabbel maʼ marda li tagħmlilna ħsara minn ġewwa. Pereżempju, jistaʼ jibda jkollok l-​attitudni li dejjem tikkritika l-​ħaddieħor jew tistaʼ ma tibda tafda lil ħadd. Attitudni bħal din se tagħmilha diffiċli biex oħrajn jissaportuk u din tistaʼ toħloq problemi serji fiż-​żwieġ tiegħek.

Dak li tistaʼ tagħmel

  • Fittex il-​kwalitajiet tajbin fir-​raġel jew fil-​mara tiegħek. Ikteb tliet affarijiet li tammira fih jew fiha. Meta tirrabja minħabba xi ħaġa li hu jew hi għamlet, ftakar f’dawn il-​kwalitajiet. Dan jistaʼ jgħinek tikkontrolla r-​rabja.

    Prinċipju tal-​Bibbja: “Uru li intom grati.”—Kolossin 3:15.

    Mara li għandha x’tagħmel qed taħseb dwar meta r-​raġel tagħha jgħinha fix-​xogħol tad-​dar, jismagħha, u jieħu ħsiebha meta tkun ma tiflaħx
  • Idra aħfer. L-​ewwel, prova ara s-​sitwazzjoni mill-​ħarsa tar-​raġel jew tal-​mara tiegħek. Dan se jgħinkom turu empatija—jew bħalma tgħid il-​Bibbja, “tħossu għal xulxin.” (1 Pietru 3:8) Imbagħad, saqsi lilek innifsek, ‘Ir-​raġuni għala nħossni rrabjat hi daqshekk serja tant li ma nistax naħfer?’

    Prinċipju tal-​Bibbja: ‘Hija ħaġa sabiħa li tħalli nuqqas għaddej.’—Proverbji 19:11.

  • Tkellem dwar dak li qed tħoss bit-​tattika u b’qalb tajba. Uża l-​kelma “jiena.” Pereżempju, minflok tgħid, “Int ma tindenjax ruħek iċċempilli biex tgħidli fejn qiegħed,” għid, “Jien ninkwieta meta jkun sar il-​ħin u ma nkunx naf fejn qiegħed.” Li tispjega dak li tħoss bi ħlewwa jistaʼ jgħinek tikkontrolla r-​rabja.

    Prinċipju tal-​Bibbja: “Ħa jkun kliemkom dejjem kollu ħlewwa.”—Kolossin 4:6.

  • Ismaʼ b’rispett. Wara li tesprimi ruħek, agħti ċans lir-​raġel jew il-​mara tiegħek biex tgħid li għandha tgħid mingħajr ma twaqqafha. Meta hu jew hi tispiċċa milli titkellem, erġaʼ għid dak li ntqal fi kliem ieħor biex tara fhimtx sew. Li sempliċiment tismaʼ jistaʼ jkun t’għajnuna kbira għalik biex tikkontrolla r-​rabja.

    Prinċipju tal-​Bibbja: ‘Kun ħafif biex tismaʼ, tqil biex titkellem.’—Ġakbu 1:19.

Tim u Jennifer

“Jekk toqgħod tiġmaʼ r-​rabja fik, il-​problema se tkompli tirrepeti ruħha u fl-​aħħar mill-​aħħar taqbiżlek. Ikun aħjar li tiddiskuti l-​problema b’rispett. Wara li nitkellmu u nsolvu l-​affarijiet, jien u r-​raġel inħobbu ngħidu, ‘Ejja nerġgħu nkunu ħbieb.ʼ”—Jennifer, mar-​raġel tagħha, Tim.

Jade u Corey

“Xi ħaġa li vera napprezza fir-​raġel tiegħi hi li dejjem jismagħni u juri li jinteressah minn dak li jinkwetani. Anki jekk ma jaqbilx miegħi, hu xorta jagħti kas l-​opinjoni tiegħi. Hu qatt ma jġegħelni nħossni stupida minħabba l-​mod kif inħossni.”—Jade, mar-​raġel tagħha, Corey.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja