LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwyp artiklu 81
  • X’nistaʼ nagħmel jekk jien bored?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’nistaʼ nagħmel jekk jien bored?
  • Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Dak li għandek tkun taf
  • Dak li tistaʼ tagħmel
  • Il-Ħajja taʼ Dejjem f’Ġenna tal-Art Se Tkun Tedjanti?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Kif Nistaʼ Nieħu Pjaċir Nistudja l-Bibbja?
    Stenbaħ!—2012
  • Trid Tgħix għal Dejjem?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
ijwyp artiklu 81
Żagħżugħ għandu ħafna video games, imma qiegħed fuq is-sodda jiċċassa lejn is-saqaf

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU

X’nistaʼ nagħmel jekk jien bored?

Għal xi nies m’hemmx agħar milli jkollhom joqogħdu ġewwa f’xi ġurnata xita mingħajr ma jkollhom xi ħaġa x’jagħmlu jew xi mkien fejn imorru. “F’ħinijiet bħal dawn,” jgħid żagħżugħ jismu Robert, “nintefaʼ bilqiegħda mingħajr ma nkun naf x’se naqbad nagħmel bija nnifsi.”

Ġieli ħassejtek hekk? Jekk iva, dan l-artiklu jistaʼ jgħinek!

  • Dak li għandek tkun taf

  • Dak li tistaʼ tagħmel

  • Dak li jgħidu żgħażagħ oħra

Dak li għandek tkun taf

  • It-teknoloġija mhux dejjem tgħin.

    Li toqgħod fuq l-Internet jistaʼ jkun mod kif timla l-ħin, imma apparti minn hekk, dan jistaʼ jwaqqfek milli tkun kreattiv u allura tispiċċa bored. “Tinduna li spiċċajt tiċċassa lejn l-iskrin mingħajr ma tuża moħħok,” jgħid Jeremy taʼ 21 sena.

    Żagħżugħa jisimha Elena taqbel maʼ dan. “Hemm limitu taʼ dak li tistaʼ tagħmel bit-teknoloġija,” tgħid hi. “Din ma tħallikx tkun taf x’qed jiġri fid-dinja, allura meta tieqaf tuża l-mowbajl, se tkun iktar bored minn qabel!”

  • L-attitudni tiegħek tagħmel differenza.

    Il-fatt li jkollok ħafna x’tagħmel, ifisser li mhux se tibqaʼ tkun bored? Dan jiddependi ħafna minn kemm tieħu interess f’dak li qed tagħmel. Pereżempju, żagħżugħa li jisimha Karen tiftakar: “Kont xbajt immur l-iskola, minkejja li kelli ħafna x’nagħmel matul il-ġurnata. Trid tinteressa ruħek f’dak li qed tagħmel biex ma tkunx bored.”

Kont taf? Li ma jkollokx x’tagħmel mhix problema imma opportunità. Li ma jkollokx x’tagħmel hu bħal ħamrija tajba li fiha tistaʼ tkabbar il-kreattività tiegħek.

F’qasrija qed jikbru kitarra, pinna u karta, u palette li juża pittur

Li jkollok ħin waħdek hu bħal ħamrija tajba li fiha tistaʼ tkabbar il-kreattività tiegħek

Dak li tistaʼ tagħmel

Interessa ruħek f’affarijiet differenti. Agħmel ħbieb ġodda. Ibda hobby ġdid. Fittex fuq suġġetti differenti. Nies li jinteressaw ruħhom f’affarijiet differenti aktarx li inqas se jiddejqu meta jkunu waħedhom—u aktarx iktar se jkollhom fuq xiex jitkellmu meta jkunu m’oħrajn!

Prinċipju Bibliku: “Kulma idek issib x’tagħmel, agħmlu bil-qawwa tiegħek kollha.”—Ekkleżjasti 9:10.

“Dan l-aħħar bdejt nitgħallem iċ-Ċiniż Mandarin, u peress li bdejt nipprattikah kuljum irrealizzajt li vera mmissjajt dan it-tip taʼ tagħlim. Jien nieħu pjaċir ikolli xi ħaġa x’nagħmel. Dan jgħinni nibqaʼ nħaddem moħħi u ma naħlix il-ħin tiegħi.”​—Melinda.

Iffoka fuq il-mira tiegħek. Jekk għandek skop f’dak li qed tagħmel, l-interess tiegħek se jiżdied. Anki l-homework jistaʼ jkun inqas boring meta tifhem x’inhi l-mira tiegħek.

Prinċipju Bibliku: “Għall-bniedem m’hemm xejn aħjar milli . . . jgawdi affarijiet tajbin minħabba x-xogħol iebes tiegħu.”—Ekkleżjasti 2:24.

“Ftit qabel ma spiċċajt l-iskola, bdejt nistudja tmien sigħat kuljum minħabba li ma studjajtx qabel. Kien tad-dwejjaq? Le, għax kont determinata li nilħaq il-mira tiegħi. Bqajt iffokata fuq dak li kien se jiġri fl-aħħar—il-gradwazzjoni—u dan immotivani.”​—Hannah.

Aċċetta dak li ma tistax tbiddel. Anki l-iktar miri eċitanti ikollhom xi aspetti monotoni. U kultant, anki l-akbar ħbieb tiegħek iħassru l-pjanijiet biex tiltaqgħu flimkien, u allura tispiċċa ma jkollokx x’tagħmel. Minflok ma tħalli din is-sitwazzjoni ddejqek, ipprova ħares lejha b’mod pożittiv.

Prinċipju Bibliku: “Min iħossu tajjeb f’qalbu jinsab f’festa l-ħin kollu.”—Proverbji 15:15.

“Ħabiba qaltli biex nitgħallem nieħu pjaċir inqattaʼ l-ħin waħdi. Hi qaltli li l-fatt li wieħed jitgħallem isib bilanċ bejn li jkun m’oħrajn u li jkun waħdu hu xi ħaġa importanti ħafna li kulħadd għandu jkun jaf jagħmel sew.”​—Ivy.

Dak li jgħidu żgħażagħ oħra

Hannah

“Kont ngħir għal dawk li donnhom kellhom ħajja eċitanti. Imbagħad indunajt li huma nies normali li b’differenza kienu jieħdu l-inizjattiva biex jagħmlu xi ħaġa. Allura bdejt nagħmel l-istess. Qbadt hobbies ġodda u bdejt infittex fuq affarijiet interessanti. Int u titgħallem dwar id-dinja, din se ssir iktar interessanti għalik, se tkun trid issir taf iktar, u mhux se tibqaʼ bored.”​—Hannah.

Caleb

“Kif sirt żagħżugħ, provajt nimla l-ħin bil-video games. Imma maż-żmien, indunajt li l-video games mhumiex isolvuli l-problema, anzi bil-kontra. Iżommuk okkupat, imma meta tieqaf tilgħab, tinduna li ma tkun akkwistajt xejn. Sibt affarijiet oħra li bihom nistaʼ nimla l-ħin b’mod aħjar.”​—Caleb.

Micaela

“Kont inħoss li l-ġranet ma jridu jispiċċaw b’xejn u kienu boring, imma maż-żmien tgħallimt li jekk irrid li n-nies isaqsuni biex inqattaʼ l-ħin magħhom, l-ewwel irrid nieħu l-inizjattiva jien. Allura bdejt nagħmel hekk, u dan sibtu t’għajnuna kbira. Issa, napprezza dak il-ħin li ma jkolli xejn x’nagħmel, għax sar rari.”​—Micaela.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja