LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwyp artiklu 82
  • Kif nistaʼ nqassam il-ħin?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif nistaʼ nqassam il-ħin?
  • Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Għala għandi nqassam il-ħin?
  • Dak li tistaʼ tagħmel
  • Kif Tagħmel Iktar Ħin
    Stenbaħ!—2010
  • Kif Nistaʼ Nqassam il-Ħin Tiegħi Sew?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
  • Kif Nista’ Ma Nibqax Nitnikker?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Kif Nistaʼ Nsib il-Ħin biex Nagħmel il-Ħowmwerk?
    Stenbaħ!—2004
Ara Iżjed
Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
ijwyp artiklu 82
Żagħżugħ jinsab inkwetat bil-mod kif qassam il-ħin—qagħad jilgħab il-futbol u jara t-televixin qabel jagħmel il-homework

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU

Kif nistaʼ nqassam il-ħin?

  • Għala għandi nqassam il-ħin?

  • Dak li tistaʼ tagħmel

  • Dak li jgħidu żgħażagħ oħra

Għala għandi nqassam il-ħin?

  • Il-ħin hu bħall-flus. Jekk taħlih, ma ssibux meta tiġi bżonnu. Mill-banda l-oħra, jekk toqgħod attent kif tqattaʼ l-ħin, se jkollok ċans biex tagħmel l-affarijiet li tieħu pjaċir bihom!

    Prinċipju Bibliku: “L-għażżien qed juri li hu xewqan, imma m’għandu xejn. Madankollu, in-nies ħabrieka se jitqawwew [jew “ikunu sodisfatti għall-aħħar”].”—Proverbji 13:4.

    L-iktar ħaġa importanti: Meta tippjana kif se tqassam il-ħin, se jkollok iktar libertà u mhux inqas!

  • Li tkun taf tqassam il-ħin sew hi abbiltà importanti li se tiġi bżonnha matul ħajtek kollha. Dan kif jistaʼ jeffettwak? Dan jistaʼ jgħinek iżżomm ix-xogħol li għandek jew iwasslek biex titilfu. Wara kollox, jekk ikollok xi business, sejjer int iżżomm impjegat li dejjem jasal tard għax-xogħol?

    Prinċipju Bibliku: “Min juri fedeltà fl-inqas ħaġa juri fedeltà wkoll fil-ħafna.”—Luqa 16:10.

    L-iktar ħaġa importanti: L-abbiltà taʼ li tqassam il-ħin tikxef xi ħaġa dwar il-karattru tiegħek.

Imma biex ngħidu kollox, li tqassam il-ħin sew mhux faċli. Ikkunsidra xi ftit diffikultajiet.

L-1 diffikultà: Il-ħbieb

“Jekk il-ħbieb isaqsuni biex noħroġ magħhom, kważi dejjem naċċetta anki jekk ma jkollix ċans. Dak il-ħin nirraġuna, ‘Issa la mmur id-dar nagħmel dak li kelli nagħmel taʼ fuq fuq.’ Mhux dejjem jirnexxili, u b’hekk l-affarijiet jispiċċaw ħażin ħafna.”​—Cynthia.

It-2 diffikultà: Affarijiet li jaljenawk

“It-televixin hu bħal vacuum cleaner. Dan jiġbdek bil-programmi u films, li jagħmluhielek diffiċli biex tieqaf tarahom.”​—Ivy.

“Nagħmel sigħat sħaħ fuq it-tablet. Meta taqagħli l-battery, ninduna kemm inkun ħlejt ħin.”​—Marie.

It-3 diffikultà: Li wieħed iħalli għall-aħħar

“Għandi ħabta nħalli għall-aħħar l-assignments tal-iskola u kull ħaġa oħra li jkolli bżonn nagħmel. Noqgħod naħli l-ħin nagħmel affarijiet bla sens sakemm nasal f’punt li bilfors ikolli nlesti l-assignments. Dan ma tantx hu mod tajjeb taʼ kif tqassam il-ħin.”​—Beth.

Żagħżugħ huwa kuntent bil-mod kif ippjana li jqassam il-ħin—l-ewwel għamel xi qari, imbagħad għamel il-homework, u xorta kellu ħin biex jilgħab il-futbol

Meta tippjana kif se tqassam il-ħin, se jkollok iktar libertà u mhux inqas

Dak li tistaʼ tagħmel

  1. Agħmel lista tal-affarijiet li trid tagħmel. Eżempji taʼ dan jistgħu jkunu t-tindif tad-dar u l-homework. Ikteb kemm taħseb li se tieħu ħin biex tlesti kull ħaġa f’ġimgħa normali.

    Prinċipju Bibliku: ‘Aċċertaw ruħkom minn dak li hu iktar importanti.’—Filippin 1:10.

  2. Agħmel lista tal-affarijiet li tixtieq tagħmel fil-ħin liberu tiegħek. Dan jinkludi li toqgħod fuq l-Internet u tara t-televixin. Hawnhekk ukoll ikun tajjeb li tikteb kemm se tqattaʼ ħin f’kull ħaġa li tagħmel fil-ħin liberu tiegħek f’ġimgħa normali.

    Prinċipju Bibliku: “Ibqgħu mexjin bl-għerf . . . , u użaw il-ħin bl-aħjar mod.”—Kolossin 4:5.

  3. Agħmel pjan. Erġaʼ ara ż-żewġ listi li għamilt. Għandek biżżejjed ħin għall-affarijiet importanti? Hemm bżonn li tnaqqas mill-ħin liberu tiegħek?

    Suġġeriment: Agħmel lista taʼ x’għandek tagħmel kuljum u aqtaʼ kull ħaġa li tlesti.

    Prinċipju Bibliku: “Il-pjanijiet tal-ħabrieki żgur li jkunu taʼ vantaġġ għalih.”—Proverbji 21:5.

  4. Żomm mal-pjan. Veru, forsi kultant ikollok tirrifjuta xi stedina biex tlaħħaq tagħmel l-affarijiet importanti. Però, b’mod ġenerali, se tinduna li għandek iktar ħin liberu—u se tieħu iktar pjaċir bih.

    Prinċipju Bibliku: “Titnikkrux f’xogħolkom.”—Rumani 12:11.

  5. Ippremja lilek innifsek—imma mhux mill-ewwel. “Kultant inlesti żewġ affarijiet mil-lista li nkun għamilt,” tgħid żagħżugħa jisimha Tara, “imbagħad nirraġuna, ‘Owkej, mela issa nagħmel kwarta nara t-televixin, u mbagħad inkompli bix-xogħol.’ Li jiġri hu li kwarta nġebbidha nofsiegħa, u nofsiegħa tispiċċa siegħa, u bla ma ninduna, inkun ħlejt sagħtejn nara t-televixin!”

    X’inhi s-soluzzjoni? Qis dak li tieħu pjaċir tagħmel bħala premju talli tkun lestejt dak li kellek tagħmel—u mhux bħala parti mir-rutina taʼ kuljum.

    Prinċipju Bibliku: “Għall-bniedem m’hemm xejn aħjar milli . . . jgawdi affarijiet tajbin minħabba x-xogħol iebes tiegħu.”—Ekkleżjasti 2:24.

Dak li jgħidu żgħażagħ oħra

Cheyenne

“Jiena nagħmel skeda ħalli nkun nistaʼ nara x’għandi x’nagħmel. Inniżżel ukoll ħin biex inkun għall-kwiet ħalli nkun nistaʼ nerġaʼ nġib l-enerġija. Li jkolli pjan jgħinni ħafna biex inkun naf fejn għandi nkun soda miegħi nnifsi u fejn nistaʼ nkun flessibbli.”​—Cheyenne.

Samuel

“Tgħallimt ngħid le għal xi affarijiet. Ġieli jkun diffiċli biex nirrifjuta, imma ħadd qatt ma rrabja miegħi meta spjegajtlu li ma kienx se jkun ħin addattat biex ngħinu bl-aħjar mod.”​—Samuel.

Brooklyn

“Meta kelli wisq affarijiet fl-iskeda tiegħi, kelli t-tendenza li ma norqodx kemm hemm bżonn u ma nagħmilx eżerċizzju. Imma kultant, dik is-siegħa żejda taʼ rqad jew l-eżerċizzju li nagħmel ikun eżatt dak li jkolli bżonn biex inkun iktar produttiva u ferħana l-ġurnata taʼ wara. Li tieħu ħsieb saħħtek hu importanti.”​—Brooklyn.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja