LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwex artiklu 5
  • Noti taħt il-washing machine

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Noti taħt il-washing machine
  • Esperjenzi tax-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Materjal Simili
  • Il-Fidi t’Omm Tegħleb Traġedja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Għidilhom li tħobbhom
    Esperjenzi tax-Xhieda taʼ Ġeħova
Esperjenzi tax-Xhieda taʼ Ġeħova
ijwex artiklu 5
Noti u lapes taħt il-washing machine

Noti taħt il-washing machine

Zarina kienet tgħammdet bħala waħda mix-Xhieda taʼ Ġeħova fir-Russja. Imbagħad hi marret lura f’art twelidha fl-Asja Ċentrali u riedet tagħmel minn kollox biex trabbi liż-żewġt ibniet tagħha fil-verità. Peress li ma tantx kellha flus, hi kienet toqgħod f’appartament żgħir ħafna. Fl-istess appartament kienu joqogħdu l-ġenituri tagħha flimkien maʼ ħuha u martu. Il-ġenituri tagħha ma riduhiex tgħallem il-verità tal-Bibbja lit-tfal tagħha. Apparti minn hekk, huma qalu lit-tfal biex ma jitkellmux m’ommhom dwar il-Bibbja.

Zarina ħasbet sew dwar kif tistaʼ tgħin lit-tfal tagħha jitgħallmu dwar Ġeħova. (Proverbji 1:8) Allura talbet lil Alla bla waqfien biex jgħinha u jtiha l-għerf. Imbagħad Zarina aġixxiet fi qbil mat-talb tagħha billi kienet tieħu t-tfal għal passiġġata u titkellem magħhom dwar kemm il-ħolqien hu sabiħ. Dawn il-passiġġati żgħar għenu lit-tfal ikollhom interess fil-Ħallieq.

Apparti minn hekk, Zarina ħasbet f’mod kif setgħet tgħallem lit-tfal iktar billi tuża l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?a Hi kienet tikteb il-paragrafi u l-mistoqsijiet tal-ktieb kelma b’kelma fuq biċċiet tal-karti. Kienet anki żżid xi sentenzi biex tgħin lit-tfal jifhmu l-istudju aħjar. Imbagħad kienet taħbi l-biċċiet tal-karti u lapes taħt il-washing machine fil-kamra tal-banju. Meta l-bniet kienu jkunu fil-kamra tal-banju, kienu joqogħdu jaqraw il-paragrafi u jiktbu t-tweġibiet.

Permezz taʼ dan il-metodu, Zarina rnexxielha tistudja żewġ kapitli tal-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? maʼ wliedha qabel ma sabu post fejn joqogħdu għalihom it-tlieta. Hemmhekk, hi setgħet trabbi t-tfal bla tfixkil. F’Ottubru tal-2016, iż-żewġt ibniet tgħammdu u huma ferħanin li ommhom użat l-għaqal u d-dixxerniment sabiex tieħu ħsiebhom spiritwalment.

a Ħafna nies issa jużaw il-ktieb Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja