LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbv artiklu 26
  • Salm 46:10—“Ċedu, u kunu afu li jien Alla”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Salm 46:10—“Ċedu, u kunu afu li jien Alla”
  • Versi mill-Bibbja Spjegati
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Xi jfisser Salm 46:10 [11]
  • Dwar xiex jitkellem Salm 46:10
  • Salm 37:4—“Qiegħed fil-Mulej l-Għaxqa Tiegħek”
    Versi mill-Bibbja Spjegati
  • Punti Prinċipali mit-Tielet u r-Rabaʼ Ktieb tas-Salmi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Il-profeziji jagħtu dettalji dwar il-Messija
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2016
  • “Id-Digriet tal-Mulej” Ma Jistax Ifalli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
Ara Iżjed
Versi mill-Bibbja Spjegati
ijwbv artiklu 26

VERSI MILL-BIBBJA SPJEGATI

Salm 46:10—“Ċedu, u Kunu Afu li Jien Alla”

“Ċedu, u kunu afu li jien Alla. Jien se niġi onorat fost il-popli, u onorat mad-dinja kollha.”—Salm 46:10, Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida.

“Biżżejjed! Kunu afu li jien Alla, għoli fuq il-ġnus, għoli fuq l-art!”—Salm 46:11, Il-Bibbja, Għaqda Biblika Maltija.a

Xi jfisser Salm 46:10 [11]

Alla jixtieq li kulħadd jagħti qima lilu u li n-nies kollha jkunu jafu li hu għandu dritt imexxi għal fuq l-art. Din hi xi ħaġa li dawk li jixtiequ jgħixu għal dejjem għandhom ikunu jafu.—Rivelazzjoni 4:11.

“Ċedu, u kunu afu li jien Alla.” Xi traduzzjonijiet tal-Bibbja fil-bidu tal-vers użaw il-kelma “biżżejjed.” Huwa għalhekk li ħafna nies jifhmuh ħażin, għax jaħsbu li huwa kmand biex juru rispett jew joqogħdu kwieti fil-knisja. Però, il-frażi bl-Ebrajk tradotta “ċedu, u kunu afu li jien Alla,” hu kliem li qal Alla Ġeħovab lin-nies kollha biex ma jibqgħux jiħduha kontrih u jkunu jafu li hu biss għandu jingħata qima.

F’​Salm 2, Ġeħova qal xi ħaġa simili. Alla wiegħed li se jieħu azzjoni kontra dawk li qed jiħduha kontrih. Mill-banda l-oħra, dawk li jaċċettaw ’l Alla bħala mexxej se jistrieħu fuqu għall-gwida, għall-għajnuna, u għall-għerf. “Dawk li jduru lejh għall-protezzjoni” se jħossuhom ferħanin u protetti speċjalment matul żminijiet diffiċli.—Salm 2:9-12.

“Jien se niġi onorat fost il-popli, u onorat mad-dinja kollha.” Fil-passat, Alla wera l-kobor tiegħu meta uża l-qawwa li għandu biex jipproteġi lin-nies tiegħu. (Eżodu 15:1-3) Fil-futur, se juri l-kobor tiegħu fuq skala ħafna ikbar meta kulħadd se jkollu jkun sottomess lejn it-tmexxija tiegħu u jagħti qima lilu.—Salm 86:9, 10; Isaija 2:11.

Dwar xiex jitkellem Salm 46:10

Referenza dwar Salm 46 tgħid li “hu għanja li kantaw meta ċċelebraw il-qawwa t’Alla, il-wieħed li jiddefendi lill-poplu tiegħu.” Meta kantaw Salm 46, il-poplu t’Alla wera fiduċja li Ġeħova setaʼ jipproteġihom u jgħinhom. (Salm 46:1, 2) Il-kliem f’dan is-salm fakkarhom li Ġeħova dejjem se jkun magħhom.—Salm 46:7, 11.

Biex ikunu konvinti li Alla għandu l-qawwa li jipproteġihom, is-salm inkuraġġiehom biex jaħsbu dwar l-affarijiet tal-għaġeb li għamel Ġeħova. (Salm 46:8) Dan jitkellem b’mod partikulari dwar l-abbiltà li għandu Ġeħova biex iwaqqaf il-gwerer. (Salm 46:9) Hu għamel dan meta fiż-żminijiet tal-Bibbja pproteġa lill-poplu tiegħu mill-għedewwa tagħhom. Issa l-Bibbja twegħedna li Alla dalwaqt se jerġaʼ jagħmel dan fuq skala akbar meta se jneħħi l-gwerer kollha li hawn fid-dinja.—Isaija 2:4.

Ġeħova għadu jgħin lil dawk li jaqduh? Iva. Fil-fatt, l-appostlu Pawlu inkuraġġixxa lill-Kristjani biex jistrieħu fuq l-għajnuna t’Alla. (Ebrej 13:6) Il-kliem li nsibu f’​Salm 46 isaħħaħ il-fiduċja tagħna fil-qawwa li għandu Ġeħova. Dan jgħinna biex naraw lil Alla bħala “l-wieħed li jipproteġina u jsaħħaħna.”—Salm 46:1.

Aqra Salm 46 flimkien man-noti ta’ taħt u l-cross-references.

Ara dan il-vidjow qasir biex ikollok idea x’fih il-ktieb tas-Salmi.

a Is-sopraskrizzjoni taʼ Il-Bibbja, Għaqda Biblika Maltija tibda minn vers wieħed mhux bħat-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida. Din hi r-raġuni għala l-versi f’​Salm 46 għandhom numru differenti f’dawn iż-żewġ Bibbji.

b Ġeħova hu l-isem t’Alla. (Salm 83:18) Ara l-artiklu “Min Hu Ġeħova?”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja