9 Imbagħad mar ifittex lil Aħażija, u fl-aħħar qabduh,+ għax kien mistoħbi fis-Samarija,+ u ħaduh għand Ġeħu. Imbagħad tawh il-mewt u difnuh,+ għax qalu: “Nannuh hu Ġeħosafat,+ li fittex lil Ġeħova b’qalbu kollha.”+ U ma kien hemm ħadd minn dar Aħab li kellu l-qawwa li jżomm is-saltna.